Gruppi impenjati f’Ħidma fil-Parroċċa


Grupp Abbatini

  • Immexxi mill-Arċipriet
  • Jaqdi regolarment fis-servizzi liturġiċi
  • Jiltaqa’ kull l-aħħar Sibt tax-xahar
  • Jirċievi leaflet ta’ informazzjoni darba fix-xahar u fil-festi prinċipali
  • Gruppi oħra ta’ abbatini jaqdu fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fil-kappella Santa Monika, fil-kappella Ġesu’ Feddej u fil-knisja Marija Omm il-Knisja.

Grupp Letturi

  • Inkarigat: Louis Azzopardi Tel: 21 433 421
  • Jieħu sehem fil-quddies tal-Ħdud, tal-Festi u fil-quddies ta’ filgħaxija
  • Jirċievi roster darba fix-xahar
  • Seminar ta’ aġġornament kull tant żmien
  • Gruppi oħra ta’ letturi jaqdu fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fil-kappella Santa Monika, fil-kappella Ġesu’ Feddej u fil-knisja Marija Omm il-Knisja.

Grupp Organizzattiv Gimgħa l-Kbira

  • Immexxi mill-Arċipriet u numru ta’ uffiċċjali magħżula minnu
  • Iffurmat minn persuni li jinteressaw ruħhom u msejħa mill-Arċipriet
  • Jorganizza l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Pageant ta’ Kristu Rxoxt
  • Jieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-purċissjoni

Grupp Armar Marija Assunta

  • President: Joseph Abela Tel. 21 416 006
  • Immexxi minn kumitat magħżul mill-membri
  • Jieħu inizjattivi u jħajjar għat-tiżjin fit-toroq fil-jiem tal-festa
  • Jirrestawra u jieħu ħsieb l-armar tal-festa
  • Jiġbor fondi biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu
  • Jiltaqa’ fil-maħżen ta’ l-armar bil-permess tal-Arcipriet

Grupp Santa Marta

  • Inkarigata: Fransina Borg Tel. 21 432 906
  • Jieħu ħsieb l-indafa fil-Knisja Arċipretali
  • Jiltaqa’ nhar ta’ Ġimgħa mid-9.00a.m. ’l quddiem

Grupp San Gabrijel

  • Inkarigata: MaryAnne Porter Tel. 21 434 036
  • Iqassam il-fuljett parrokkjali f’kull triq
  • Jgħin fil-ġbir ta’ l-offerti għall-festa u għall-Missjoni
  • Iwassal għall-kuntatti bejn il-familji u l-Uffiċċju Parrokkjali

Grupp Kolletturi

  • Inkarigat: Mario Riolo Tel. 21 432 954
  • Jieħu ħsieb il-ġabriet fil-Ħdud, Festi Kmandati u okkażjonijiet speċjali fil-Knisja Arcipretali

Grupp Ushers

  • Inkarigat: Herbert Camenzuli Tel. 21 410 445
  • Jieħu ħsieb l-Ushers f’okkażjonijiet speċjali ġewwa l-Knisja Arċipretali

Mission Fund

  • Fundatur: Ian Azzopardi
  • Iffurmat minn Kumitat, Membri u Koperaturi
  • Uffiċċju: 72/2, St Joseph Flats, Triq il-Farinal
  • Telefon u Fax: 21 413 664
  • Skop: Solidarjeta’ u għajnuna lill-missjunarji Maltin
  • Ħidma: Ġbir ta’ fondi u sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma missjunarja

Mother & Baby Club – Kana

  • Inkarigata: Tania Cortis Tel. 21 433 673
  • Tfal ta’ bejn sena u nofs u tlett snin jiltaqgħu fis-Sala Parrokjali nhar ta’ Tlieta u
  • Erbgħa bejn id-9:30 u l-11:30am

Grupp Alkoħoliċi Anonimi

  • Inkarigat: Alfred Dimech Tel. 21 432 672
  • Laqgħat għal dawk li jixtiequ jieqfu mix-xorb, kull nhar ta’ Erbgħa fis-Sala
  • Parrokkjali, fis-6p.m.