Għaqdiet u Movimenti


Oratorju Qalb ta’ Ġesu (imwaqqaf fl-1914)

  • Triq it-Torri – Tel. 21 434 043
  • Direttur: Dun Bastjan Caruana, Arċipriet
  • Skop: Edukazzjoni u formazzjoni reliġjuża għat-tfal
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara ċentri)
    • Pubblikazzjoni tal-gazzetta “Il-Mosta” 4 darbiet fis-sena
    • Kappella (ara knejjes)
    • Ground għall-attivitajiet sportivi
    • Kor Santa ċeċilja:
      • Kuncerti, it-Tnejn u l-Ġimgħa fis-7.30 p.m. fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’
      • L-għan ewlieni hu li jsebbaħ il-liturġija, permezz tal-kant, fil-funzjonijiet u quddies fil-Knisja Arċipretali.
      • Responsabbli: Edwin Zammit  Tel. 21 432 056

Oratorju Marija Immakulata (imwaqqaf fl-1975)

“ Bħal Marija nfittxu li nitgħallmu l-kelma t’Alla, ngħożżuha, ngħixuha u ngħadduha lil ħaddieħor biex f’ħajjitna jkollna l-milja tal-ħajja”

  • 58, Triq it-Torri – Tel. 21 414 615
  • Direttur: Dun Bastjan Caruana, Arcipriet
  • Skop: Edukazzjoni u formazzjoni reliġjuża għat-tfal, żgħażagħ u adulti
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara Ċentri)
    • Laqgħat għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji: il-Ġimgħa fis-6.30 p.m.
    • Laqgħat ta’ formazzjoni nhar ta’ Tnejn fis-6.30 p.m.
    • Laqgħa ta’ talb nhar ta’ Erbgħa fis-6.00 p.m.
    • Kor Shalom – kuncerti: il-Ġimgħa u s-Sibt
    • Grupp tal-Kitarristi – Laudate Dominum
    • Attivitajiet soċjali għat-tfal, studenti u membri kbar bħal Talent Show, Weekend Għawdex fis-Sajf, Weekend Retreat minn Form 4 ‘il fuq, Treasure Hunt, Sports, DVD nights u ħafna attivitajiet oħra.
    • Żewġ fieri

Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija – Ġuvintur (imwaqqaf fl-1945)

“Biex Kristu jsir magħruf u maħbub”

Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija – Xebbiet (imwaqqaf fl-1941)

“Nitqaddsu biex inqaddsu lill-oħrajn, nitgħallmu biex ngħallmu u hekk, Ġesu jkun magħruf u maħbub”

  • 46, Triq il-Pont – Tel. 21 442 621 ; 9986 6013
  • Website: www.museumsdc.org
  • Superjura: Hilda Chircop
  • Skop: Katekeżi lit-tfal adoloxxenti u adulti
  • Attivitajiet:
    • Tagħlim tad-duttrina nisranija lit-tfal (ara Ċentri)
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għat-tfajliet
    • Formazzjoni tas-soċji bħala katekeżi fi ħdan is-soċjeta fit-tielet Ħadd ta’ kull xahar
    • Laqgħat għall-ġenituri
    • Animazzjoni tal-quddiesa tal-Ħadd
    • Ġimgħa ta’ tagħlim għal kulħadd
    • Ħarġiet kull nhar ta’ Ħadd għat-tfajliet u s-soċji
    • Irtiri / Live-in għas-soċji u għat-tfajliet
    • Tagħlim ta’ kitarra
    • Dimostrazzjoni bil-Bambin lejliet il-Milied
    • Pellegrinaġġ Marjan f’Mejju

Komunita’ Hajja Nisranija (imwaqqfa fl-1927)

  • Sala Parrokkjali, 7, Triq il-Knisja
  • Direttur: Dun Ġużepp Fenech
  • Skop: Formazzjoni nisranija tal-membri
  • Attivitajiet:
    • Laqgħa għan-nisa u għax-xebbiet adulti nhar ta’ Erbgħa fit-3.15p.m

Komunita’ ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla (imwaqqfa fl-1930)

“Ikun imbierek isem il-Mulej”

  • 10, Triq Ġużeppi Callus – Tel. 99453484
  • E-mail: [email protected]
  • President: Giovanni Chetcuti
  • Skop: Qima lill-Isem ta’ Alla
  • Attivitajiet:
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għall-imsieħba kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fil-knisa Arċipretali tal-Mosta u kull tielet ġimgħa tax-xahar.
    • Festa ta’ l-Isem ta’ Alla matul ix-xahar ta’ Jannar
    • Attivitajiet soċjali għall-membri u l-ħbieb.

Legjun ta’ Marija (imwaqqfa fl-1949)

“Ad Jesum per Mariam”

  • Skop: Formazzjoni nisranija tal-membri u appostolat li jressaq l-erwieħ lejn Kristu permezz ta’ Marija
  • Praesidia Irġiel
    • Sultana tar-Rużarju
      • Blata l-Għolja nhar ta’ Erbgħa fil-5.30 p.m.
    • Ommna Mtellgħa s-Sema
      • Kappella ta’ San Anard nhar ta’ Erbgħa fis-6.30 p.m.
      • President: Albert Cassar tel. 21 415 665
  • Praesidia Nisa
    • Avukata tal-Midinbin
      • Ċentru ta’ Mlit nhar ta’ Erbgħa fit-8.30 a.m.
      • Presidenta: Maria Gafa’ tel. 21 416 564
    • Omm il-Knisja
      • Knisja San Anard nhar ta’ Erbgħa fl-4.00 p.m.
      • Presidenta: Fresia Bezzina tel. 21 432 934
    • Omm tagħna
      • Sala Parrokjali nhar ta’ Erbgħa fis-6.00 p.m.
      • Presidenta: Antoinette Cachia tel. 21 433 591
    • Sultana tal-Familja
      • Kappella San Anard nhar ta’ Erbgħa fid-9:00am
      • Grace Sammut tel. 21 432 615
    • Saħħa tal-Morda
      • Pax et Bonum nhar ta’ Erbgħa fl-4:15p.m.
      • Doris Fenech tel.: 21 433 842
  • Preasidium Juniors, Bniet
    • Sultana ta’ l-Angli
      • Ċentru Ta’ Mlit nhar ta’ Tlieta fil-5.00 p.m.
      • Presidenta: Jane Sammut tel. 21 421 578
    • Qalb ta’ Marija
      • Santa Margerita nhar ta’ Sibt fl-10:00am
      • Presidenta: Therese Calleja tel. 21 416 288

Azzjoni Kattolika Nisa (imwaqqfa fl-1951)

“ Dejjem għas-servizz tal-Knisja. Inwasslu l-valuri nsara fl-ambjenti kollha tas-soċjeta’.”

  • 58, Triq it-Torri – Tel. 21 414 615
  • Presidente: Jane Cassar
  • Assistent Ekkleżjastiku: Dun Gwann Sammut
  • Skop: Formazzjoni spiritwali tal-membri u apostolat
  • Attivitajiet:
    • Laqgħa għall-membri nhar ta’ Tlieta fid-9.30 a.m.
    • Irtir għan-nisa tal-Parroċċa darba fix-xahar
    • Ħidma fl-assistenza socjali tal-Parroċċa
    • Żjarat lill-anzjani
    • Ħarġiet kulturali u attivitajiiet soċjali

Żgħażagħ Azzjoni Kattolika

“ ZAK Mosta tiprovdi edukazzjoni spiritwali u soċjali liż-żgħażagħ bil-għan li jitkattar aktar ġid u għarfien biex b’hekk ikunu jistgħu jiġu meħudha aktar deċiżjonijiet infurmati.”

Moviment Tiġdid Kariżmatiku

Mixja Neo-Katekumenali (bdiet f’Malta fl-1979)

“Twelid ta’ komunitajiet li jgħixu bħall-familja ta’ Nazareth fl-umilta, sempliċita’ u tifħir”

Gruppi Familji Nsara (imwaqqfa f-l1995)

“Mil-familja għall-familja”