Gruppi ta’ Spiritwalita’ u Talb


Grupp EBDA

  • Tifsira ta’ l-isem: Edukazzjoni Biblika Dejjiema għall-Adulti
  • Skop: Studju u talb permezz tal-Kelma ta’ Alla
  • Ħidma:
    • Laqgħa nhar ta’ Tnejn kull ħmistax fis-7.15 p.m. fil-Mustina
    • Organizzazzjoni ta’ korsijiet fil-Bibbja
    • Seminars u laqgħat ta’ studju ma’ gruppi oħra
  • Leader: Sr Rose Muscat FMM. Tel. 21 413 031

Terzjarji Karmelitani

  • Skop: Ħajja nisranija skond l-ispiritwalita’ Karmelitana
  • Ħidma:
    • Laqgħa u quddiesa t-tielet Tlieta tax-xahar fil-Kappella tal-Pax et Bonum fl-4.30 p.m.
    • Quddiesa bil-priedka fl-Erbgħat ta’ l-Udjenza fil-Knisja Arċipretali
  • Promotriċi: Anna Cordeiro Tel. 21 411 116
  • Direttur Spiritwali: Dun Antoine Borg

Co-Workers ta’ Mother Teresa

  • Skop: Iwasslu l-imħabba ta’ Kristu fuq l-ideal ta’ Mother Teresa
  • Ħidma:
    • Laqgħat ta’ formazzjoni għall-membri
    • Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali kull tielet Ġimgħa tax-xahar fl-4.00 p.m.
    • Żjajjar ta’ għajnuna lil nies fil-bżonn
  • Animatrici: Pauline Quattromani Tel. 21 432 500

Fraternita’ Charles de Foucauld

  • Skop: Ħajja skond il-kariżma ta’ Charles de Foucauld
  • Ħidma: Laqgħa kull ħmistax nhar ta’ Tnejn bejn is-6.00 u t-8.00 p.m. għand is-Sorijiet tal-Karita’
  • Kordinatur: Rene’ Muscat Tel: 21 434 090

Grupp Beatu Nazju Falzon

  • Skop: Għall-qdusija tal-bnedmin kollha.
  • Ħidma:
    • Laqgħa nhar ta’ Ħamis fil-kappella ta’ San Anard fid-9 a.m.
    • L-Ewwel Ħamis tax-xahar, quddiesa u adorazzjoni fis-Seminarju r-Rabat għall-qdusija tal-Kleru
  • Responsabbli: Connie Bongiovanni Tel. 21 433 358

Grupp Padre Pio

  • Skop: Nikbru fil-ħajja nisranija mill-ispiritwalita’ ta’ Padre Pio
  • Ħidma: Rużarju u quddiesa fil-kappella tal-Pax et Bonum kull l-ewweI Tlieta tax-xahar fl-4.00 p.m.
  • Promotur: Fraternita’ tal-Patrijiet Kappuccini

Moviment Marjan

  • Skop: Talb fil-familja u konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija
  • Ħidma:
    • Ċenakli ta’ talb fil-familji
    • Rużarju meditat fil-Knisja Arcipretali fl-ewwel Sibt tax-xahar
  • Promotrici: Vivienne Abela Tel. 21 433 952

Ħniena Divina

  • Skop: Il-messaġġ ta’ Ġesu’ lil Santa Fawstina Kowalska: Nixtieq li l-bnedmin kollha jagħrfu l-ħniena infinita tiegħi.
  • Ħidma:
    • Adorazzjoni u quddiesa fil-Kappella tal-Pax et Bonum fit-tieni Tlieta tax-xahar fl-4.30 p.m.
    • Festa tal-Ħniena Divina fit-tieni Ħadd tal-Għid
  • Responsabbli: Jessie Scicluna: Tel. 21 414 480

Mothers’ Prayers

  • Skop: Laqgħat ta’ talb għall-ommijiet li jixtiequ jitolbu għal uliedhom u ulied uliedhom.
  • Ħidma: Laqgħa kull nhar ta’ Erbgħa għand is-sorijiet Agostinjani mid-9 sa l-10am.
  • Responsabbli: Nanette Micallef: Tel. 21 432 337