Archive for the ‘Attivitajiet’ Category

Jekk intom interessati tista tistampa l-applikazzjoni minn hawn: Marriage course

IL-ĦADD (18) Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija. Minn għada t-Tnejn (19) jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fit-3:00p.m. jipprietka Fr Stephen Sciberras OFM u fiċ-Ċentru Sant’Andrija fis-6.00 p.m. Quddiesa u Prietka minn Dun Antoine Borg. IT-TLIETA (20) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-quddiesa tad-9:00a.m. […]

L-ERBGĦA (14) nagħtu bidu għar-Randan. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Fis-5:45p.m. jibda Pellegrinaġġ bil-kurċifiss mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu u jgħaddi mit-toroq Stivala u Kbira sal-Knisja Arċipretali, fejn fis-6.30pm tibda quddiesa li fiha issir iċ-ċerimonja tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied. IL-ĦAMIS (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Knisja Arċipretali jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata […]

GĦADA L-ĦADD / DALGĦODU, bejn it-8:30am u l-11:00am., kull min jixtieq jista jitla’ jara x-xogħol li qed isir fuq il-portiku tal-Knisja Arċipretali. Id-dħul isir mit-taraġ tal-kampnar tal-qampiena l-kbira. Kull min jixtieq jagħti donazzjoni tiġi aprezzata. IL-ĦADD (4) Fl-4:00p.m., fil-Knisja Arċipretali, issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija. IT-TNEJN (5) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-ċimiterju. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa, […]

IT-TNEJN (29) Se ssir laqgħa ta’ tifħir u riparazzjoni, bil-Quddiesa, fil-kappella tal-Pax Et Bonum fis-7:30p.m. Kulħadd huwa mistieden. IT-TLIETA (30) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9:00a.m. IL-ĦAMIS (1) Il-parroċċa tagħna hi mistiedna biex tanima Quddiesa u adorazzjoni fis-Seminarju.  Tibda fid-9.30am. Se jkun hemm trasport mill-pjazza tal-Mosta fil-9:00a.m. Min jixtieq […]

IL-ĦADD (21) issir il-festa ta’ San Anton Abbati fil-kappella tiegħu. Fl-10am isir it-tberik ta’ l-annimali u fil-5:30pm ikun hemm Quddiesa. IL-ĦADD (21) Fl-4p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. IT-TLIETA (23) Se ssir Adorazzjoni l-Pax et Bonum, fid-9:30am. IL-ĦAMIS (25) Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Tintemm il-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara. IL-ĦAMIS (25) Se ssir Ħarġa għall-Anzjani […]

IL-ĦADD (14) Se tiġi organizzata Mixja/ Ġirja b’risq ir-restawr tal-Portiku tal-Knisja Arċipretali. Nibdew fl-10:00am. minn ħdejn iz-zuntier tal-Knisja. IL-ĦADD (14) tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-għasel. Ikun hemm quddiesa fit-3:30p.m. IT-TNEJN (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali. IL-ĦAMIS (18) Waqt l-Adorazzjoni li […]

IT-TNEJN (8) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-Ċimiterju. IT-TNEJN (8) Niċċelebraw il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Knisja Arċipretali tkun bil-kant u bil-prietka. L-ERBGĦA (10) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.30p.m. li tibda bil-Quddiesa. IL-ĠIMGĦA (12) Se ssir Laqgħa għall-membri tal-korijiet, gruppi ta’ kant, animaturi u kanturi, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-7:00p.m. Kull min għandu għal […]

IL-ĦADD (31) Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena. Filgħaxija, waqt il-quddies tal-5:30p.m. jitkanta t-Te Deum. Waqt l-offertorju jingħataw għotjiet ta’ flus biex jiġu megħjuna persuni u familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna. Fil-11:30pm fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat u […]

IL-ĦADD (24) Lejliet il-Milied: Fil-5:30p.m. Quddies tal-Vġili tal-Milied fil-knisja Arċipretali. Fis-6:00p.m. tibda l-purċissjoni tal-Bambin li toħroġ mill-Museum tas-Subien u tidħol l-Knisja Arċipretali fejn isir programm qasir mit-tfal. FIl-10:45p.m. tibda l-velja tal-Milied b’innijiet, feature u l-prietka tat-tifel u f’nofs il-lejl tibda quddiesa solenni tal-Milied.   IT-TNEJN (25) Jum il-Milied. Bħala nsara aħna fid-dmir li nqaddsu dan […]