Archive for the ‘Aħbarijiet’ Category

Illum il-ĦADD (15) u matul il-ħdud li ġejjin il-Mixja Neo Katekumenali qed twettaq il-Missjoni l-Kbira. Dawn il-laqgħat se jsiru fl-10am, fil-Pjazza tal-Mosta, ħdejn il-parking area. IL-ĦADD (15) Patri Alex Zammit tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Radd il-ħajr lil Alla, fil-Knisja Arċipretali fil-5:30pm. Kulħadd huwa mistieden. IT-TNEJN (16) Se ssir quddiesa fuq l-artal […]

IL-ĦADD (8) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-Quddiesa tad-9:30am ssir siegħa Adorazzjoni u fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:30pm u Quddiesa fil-5:30pm. IT-TNEJN (9) Is-76 sena mill-Miraklu tal-Bomba li laqtet il-Knisja tagħna, fis-6:30p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona, it-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali. IT-TNEJN (9) Jibdew […]

IL-ĦADD (1) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Għal din il-quddiesa se jkun hemm postijiet riservati għall-persuni b’diżabilita. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u […]

IL-ĦADD (25) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fuq iz-zuntier tal-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza minn fejn tibda purċissjoni sal-Knisja Arċipretali fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq l-Isperanza, Kbira għal Knisja Arċipretali. IT-TNEJN (26), IT-TLIETA (27) U L-ERBGĦA (28) Tlett ijiem ta’ tħejjija. Fis-6pm isir it-Talb tal-Via Sagra u fis-6:30p.m. […]

Minħabba t-temp, se jsir dan it-tibdil fil-programm taċ-Ċelebrazzjoni tad-Duluri.   5:30p.m. Quddiesa fil-Knisja Arċipretali 6:15p.m. Ċelebrazzjoni Marjana fil-Knisja Arċipretali. Din se tieħu post il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri 7:30p.m. Quddiesa fil-Knisja Arċipretali   Imħeġġin biex lkoll nieħdu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u għaċ-Ċelebrazzjoni Marjana.

IL-ĦADD (18) Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni fis-2.30pm u fis-6:00p.m. IT-TNEJN (19) Festa ta’ San Ġużepp. Il-ħin tal-Quddies, fil-Knisja Arċipretali ikun bħal ta’ matul il-Ġimgħa u tiżdied quddiesa oħra fl-10am. IT-TNEJN (19) Se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sal-Mosta bil-mixi. Għal min irid se jiġi organizzat trasport mill-Mosta għal Mellieħa. Fid-9:30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa […]

IL-ĦAMIS (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali. IL-ĦAMIS (15) Waqt l-Adorazzjoni li ssir fil-knisja Arċipretali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-għaqdiet Reliġjużi tal-parroċċa. IL-ĦAMIS (15) Se ssir taħdita u riflessjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidtna Ġesu skont San Ġwann minn Fr Joe Ciappara. Din se […]

Ikompli x-xogħol tar-restawr tal-Portiku tal-Knisja Arċipretali tal-Mosta. Illum waslu s-samrotti li jiffurmaw il-“grain” tal-volta. Fi kliem aktar sempliċi wasal l-ġebel li se jieħu post dak imkisser.