Archive for the ‘Aħbarijiet miz-Zoni’ Category

IL-ĦADD (22) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m. IL-ĦADD (22) Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija. IL-ĠIMGĦA (27) Se ssir Adorazzjoni fic-Centru Sant’Andrija, fl-10:00a.m. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. IS-SIBT (28), fil-Knisja Arċipretali, l-Quddiesa tal-5:00p.m., se ssir bħas-soltu, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fl-Oratorju […]

MIT-TNEJN (16) SAL-ĠIMGĦA (20) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30a.m. u n-12:30p.m. IT-TLIETA (17) Se ssir Adorazzjoni tal-grupp Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax et Bonum, fid-9:30am. L-ERBGĦA (18) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĠIMGĦA (20) […]

IL-ĦADD (8) Se ssir il-festa fil-Knisja ta’ Wejda, fi Triq it-Torri. Fit-8:30am. u fis-6:30p.m. se jsir Quddies tal-festa. IL-ĦADD (8) fl-4p.m. ikun hawn Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija. IT-TNEJN (9) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena skolastika, fil-Knisja Arċipretali fil-5:00p.m. IT-TLIETA (10) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza taħdita minn Fr. Philip Cutajar […]

IL-ĦADD (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru. Lkoll mħeġġin biex matul dan ix-xahar nitolbu r-Rużarju b’ħeġġa u devozzjoni. Tajjeb li nitolbu din t-talba fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ Nisranija fil-knejjes. Fil-Knisja Arċipretali r-Rużarju jingħad wara l-Quddiesa tas-7:00a.m. u qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija. Fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad fl-4:00p.m. IL-ĦADD (1) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. […]

IT-TNEJN (25) terġa tibda l-Quddiesa għat-tfal qabel l-iskola, fit-7:45am. MIT-TNEJN (25) SAL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Ġimgħa ta’ Tagħlim, fil-Museum tas-Subien, il-Mosta, fis-7:00p.m. Kulħadd huwa mistieden. IT-TNEJN (25) Fiċ-ċentru Sant’Andrija jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ għal dawk li applikaw għalih. Jibda fis-7:30p.m. IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni, fid-9.30am fil-kappella tal-Pax et Bonum, mis-Superjur Joe […]

IL-ĦADD (17) fl-4:00p.m., issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali. L-ERBGĦA (20) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĠIMGĦA (22) Fis-6.30p.m., ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla se torganizza laqgħa ta’ Talb u Adorazzjoni, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum l-Mosta. Kulħadd huwa mistieden. Il-Playgroups tal-Mother & Baby Club se jerġgħu jibdew minn Ottubru […]

IT-TLIETA (12) se tiġi organizzata, Ikla ta’ wara l-Festa ta’ Santa Marija, f’restaurant M’Scala. Id-Dettalji jinsabu fuq in-noticeboards u fl-insert tal-fuljett Flimkien. Kulħadd huwa mistieden jattendi. Il-Booking se jkun miftuh sa għada t-Tnejn. IL-ĦAMIS (14) u L-ĠIMGĦA (15) Festa tal-Eżalatazzjoni tas-Salib u tal-Verġni Mqaddsa tad-Duluri. Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali, tkun bil-kant u bil-prietka. IL-ĠIMGĦA (15) […]