1. IL-ĦADD (1) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Għal din il-quddiesa se jkun hemm postijiet riservati għall-persuni b’diżabilita. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u fis-6:30p.m. tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Il-Festa tagħlaq bil-barka Sagramentali.
  1. IT-TNEJN (2) jibda t-tberik tal-familji. Hija okkażżjoni li s-saċerdot jitlob flimkien mal-membri tal-familja waqt li jwassal l-barka u l-paċi ta’ Kristu Rxoxt, it-tberik jibda fl-4:00pm. Wieħed jista jiċċekja meta se jsir t-tberik tal-familja tiegħu mill-fuljett li se jitqassam fi djarkom, minn fuq n-noticeboards tal-knisja, minn fuq il-facebook page “mostaparish” jew minn fuq il-Website tal-Parroċċa – mostachurch.com. Min jixtieq jagħti donazzjoni jista juża l-envelope li qed jitqassam fi djarkom u jagħżel għal-liema proġett jixtieq li tmur. Navżaw li matul iż-żmien tat-tberik il-funerali fil-parroċċa jsiru filgħodu biss.
  1. IT-TNEJN (2) Se ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju, fis-6:00p.m.
  1. IT-TLIETA (3) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. ikun hemm Rużarju u fl-4:30p.m. Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (4) Quddiesa għal ruħ dawk li mietu fix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu. Il-Quddiesa se tkun fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta, fis-6:30p.m.
  1. IL-ĦAMIS (5) Fil-Knisja Arċipretali jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (7) Se ssir l-Ordinazzjoni Preżbiterali, fosthom ta’ Fr. Alex Zammit MSSP mill-parroċċa tagħna. L-ordinazzjoni se ssir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fid-9:15am.
  1. IS-SIBT (7) Se jibda l-Kors għall-miżżewġin fis-7.30pm. Aktar dettalji mill-uffiċċju Parrokkjali.
  1. IL-ĦADD (8) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-Quddiesa td-9:30am ssir siegħa Adorazzjoni u fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:30pm u Quddiesa fil-5:30pm.
  1. IT-TNEJN 9 TA’ APRIL se jibdew l-katekeżijiet għall-adulti fil-Katekumenju.
  1. Se jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ April, fil-paġni tan-nofs issibu il-programm għal dan ix-xahar u l-programm tat-tberik.
  1. L-Arċipriet, s-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lilkom ilkoll l-Għid it-tajjeb.
  1. Nitolbu għal Charlie Bonanno li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply