1. IT-TLIETA (12) se tiġi organizzata, Ikla ta’ wara l-Festa ta’ Santa Marija, f’restaurant M’Scala. Id-Dettalji jinsabu fuq in-noticeboards u fl-insert tal-fuljett Flimkien. Kulħadd huwa mistieden jattendi. Il-Booking se jkun miftuh sa għada t-Tnejn.
  1. IL-ĦAMIS (14) u L-ĠIMGĦA (15) Festa tal-Eżalatazzjoni tas-Salib u tal-Verġni Mqaddsa tad-Duluri. Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali, tkun bil-kant u bil-prietka.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) l-ewwel 15 tax-xahar wara l-festa ta’ Santa Marija se ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara quddiesa. Kulhadd mistieden jattendi.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. Il-ĦADD (17) Il-ġbir li jsir fil-quddies jkun l-offerta tagħna ta’ kull sena b’risq il-ħidma li l-knisja twettaq fl-Art Imqaddsa. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ karita għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa. Lkoll għandna nkunu ġenerużi.
  1. Navżaw li d-Duttrina fil-parroċċa tagħna se terġa tibda mit-Tnejn 2 ta’ Ottubru. Il-ġenituri li jixtiequ aktar dettalji dwar ċ-ċentri, ħinijiet u ġranet huma mitluba jiċċekjaw minn fuq il-website tal-parroċċa – jew mill-paġna ta’ facebook mostaparish.
  1. Il-ġabra speċjali għall-portiku tal-Knisja Arċipretali kienet ta’ €1792. Grazzi.

Leave a Reply