1. IL-ĦADD (13) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-parking area tal-PAMA. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. IT-TNEJN (14) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-7.00pm, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm.
  1. IT-TLIETA (15) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza laqgħa, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am u tinkludi Quddiesa, Taħdita u ħin soċjali.
  1. IT-TLIETA (15) Se ssir quddiesa fuq l-artal ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara quddiesa. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. IT-TLIETA (15) Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali se jorganizza laqgħa bit-tema: Id-dinjita tal-ħajja umana sa mit-tnissil tagħha. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m. minn Dr Miriam Sciberras.
  1. IL-ĦAMIS (17) Wara l-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali issir Adorazzjoni bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet u wara ssir l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Knisja Arċipretali, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) Se jsir Pellegrinaġġ Marjan, li jibda fis-7:00p.m. mill-qasam tal-Museum tas-Subien sal-Kappella tal-Isperanza.
  1. IL-ĦADD (20) Fil-Quddiesa tad-9:30a.m., fil-Knisja Arċipretali, l-Addoloxxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof, jagħmlu t-talba formali biex jirċievu dan is-sagrament.
  1. L-Erbgħa 23 ta’ Mejju se tiġi organizzata Ħarġa għall-Anzjani f’M’Xlokk. Din l-attivita tinkludi Quddiesa u Ikla. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Infakkru li se ssir mawra fi Sqallija, nhar il-Ħadd, l-24 ta’ Ġunju 2018. Programm dettaljat jinkiseb mis-sagristija jew minn fuq in-noticeboard.
  2. Il-ġabra speċjali tal-ġimgħa l-oħra b’risq ir-restawr tal-portiku kienet ta’ €2,550. Grazzi.
  1. Bi pjaċir inħabbru li l-parroċċa tagħna se tibbenefika minn fondi ewropej; il-proġett li applikajna għalih hu ta’ restawr ta’ 15-il-Kwadru ta’ mportanza li hawn fil-Knisja u fis-sagristija, fosthom il-kwadru titulari. Dan hu proġett ta’ 90,000 ewro li minnhom nibbenefikaw sa 80 fil-mija. Barra minn hekk se jsir ukoll restawr fil-faċċata tal-Knisja tal-Bidnija, proġett ta’ 60,000 ewro li wkoll se nibbenifikaw sa 80 fil-mija tal-proġett.
  1. Nawguraw lill-ommijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għal bżonnijiet ta’ l-ommijiet ħajjin. Sliem għalik Marija ……… Nitolbu għall-ommijiet mejtin u għal Maria Carmela Cuschieri, Bartolomew Borg u Joseph Vincenti li mietu din l-ġimgħa. Agħtihom O Mulej ……..

Leave a Reply