1. IL-ĦADD (22) Mons Arċisqof se jordna djakni ġodda, fosthom lil Jean Gove’ mill-parroċċa tagħna. L-Ordinazzjoni se tibda fil-Katidral tal-Imdina, fid-9:00a.m. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĦADD (22) Se ssir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali, fl-4pm.
  1. IL-ĦADD (22) Se tiġi organizzata Manifestazzjoni favur il-ħajja li tibda minn quddiem Kastilja fl-4:00pm. Se jiġi organizzat trasport mill-pjazza tal-Mosta fit-3pm. Booking mis-sagristija.
  1. IT-TNEJN (23) Jibda bazaar, fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, sa nhar il-Ġimgħa (27). Ħinijiet tal-ftuħ: mit-8.30a.m. sal-30a.m. u mill-4.30p.m. sas-6.00p.m.
  1. IT-TLIETA (24) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax Et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (24) Se ssir Quddiesa b’talb għal Fejqan minn Patri Elija Vella fis-7:30pm fil-Kappella tal-Pax Et Bonum. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (27) Se ssir Adorazzjoni fic-Centru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĦADD (29) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata.
  1. IT-TLIETA l-1 ta’ Mejju se jsir Seminar ta’ nofs ta’ nhar għal dawk kollha li jaħdmu b’mod volontarju fil-parroċċa. L-iskop ta’ dan is-seminar huwa li flimkien bħala familja waħda jkollna ħin għat-talb, tagħlim u ħin biex insiru nafu aktar lil xulxin. Kull min għadu ma irċeviex l-informazzjoni dwar dan, jista jiġbor programm mis-sagristija.
  1. Saret pittura ġdida tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Din il-pittura ġiet mogħtija mill-monasteru tal-Benedittini fl-Imdina. Nirringrazzjawhom ta’ din l-għotja.
  1. Nitolbu għal Carmena Vassallo, Carmelo Borg, Josephine Busuttil, Frank Falzon u Mary Grace Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply