1. IL-ĦAMIS (31) Ikun hawn Qrar minn konfessur minn barra l-parroċċa bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9am u l-11am u bejn l-4:30 u s-6pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) Se jerġa jibda jiltaqa l-grupp tar-Romol. Dan il-grupp jiltaqa fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7:00p.m. Ir-romol kollha, irġiel jew nisa huma mistiedna għal dawn il-laqgħat.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Settembru, mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għar-restawr tal-portiku tal-knisja Arċipretali.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq il-festa ta’ Santa Marija li saret fix-xahar ta’ Awwissu kienet ta’ €2,898. Il-ġabra li saret fid-dħul tal-purċissjoni kienet ta’ €1,570. Grazzi.
  1. It-Tlieta 12 ta’ Settembru se tiġi organizzata, Ikla ta’ wara l-Festa ta’ Santa Marija, f’restaurant M’Scala. Id-Dettalji jinsabu fuq in-noticeboards. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. Nitolbu għal Katarina Micallef, Janie Marie Spiteri, Silvio Camilleri u Michael Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply