1. IL-ĦADD (3) Fl-4:00p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Knisja Arċipretali.
  1. IT-TNEJN (4) Fis-7p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (5) L-Azzjoni Kattolika Nisa se tagħti bidu għas-sena soċjali tagħha. Il-laqgħa tibda fid-9.30am l-Oratorju Mmakulata, bil-quddiesa u wara taħdita. Kulħadd mistieden.
  1. IL-GIMGĦA (8) Festa tat-twelid tal-Verġni Marija. Xieraq li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Il-ħin tal-Quddies filgħodu jkun bħal nhar ta’ xogħol u jkun hawn quddiesa oħra fl-10am.
  1. IS-SIBT (9) se jsir it-Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokjali ta’ B’Buġia. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11p.m. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien. Fil-paġna tan-nofs għandkom insert tal-parroċċa, li tinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Settembru u informazzjoni dwar ġranet u ħinijiet tad-duttrina għas-sena skolastika li jmiss.
  1. It-Tlieta 12 ta’ Settembru se tiġi organizzata, Ikla ta’ wara l-Festa ta’ Santa Marija, f’restaurant M’Scala. Id-Dettalji jinsabu fuq in-noticeboards u fl-insert tal-fuljett Flimkien. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. Nitolbu għal Tereza Grech li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…..

Leave a Reply