1. Illum il-ĦADD (30) u matul il-ħdud li ġejjin il-Mixja Neo Katekumenali qed twettaq il-Missjoni l-Kbira. Dawn il-laqgħat se jsiru fl-10am, fil-Picnic Area f’Ta’ Qali.
  1. IL-ĦADD (30) fl-4:m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IT-TNEJN (1) Se jsir Seminar għal dawk impenjati fil-parroċċa tal-Mosta. It-trasport se jitlaq fit-8:15a.m. miz-zoni u mill-pjazza. Aktar dettalji mis-sagristija.
  1. IT-TNEJN (1) Se ssir il-Festa ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa tas-6:30p.m. ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp li tgħaddi minn dawn it-toroq: Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Tabib Chetcuti, Kbira għal Knisja Arċipretali.
  1. IT-TLIETA (2) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (4) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, minn konfessur minn barra l-parroċċa.
  1. Nhar il-Ħadd li ġej huwa Jum il-Vokazzjonijiet. Marbuta ma dan il-Jum, NHAR IL-ĠIMGĦA (5) se tiġi organizzata attivita għall-addoloxenti u żgħażagħ, fuq iz-zuntier tal-Knisja bejn it-8:30p.m. u l-10:30p.m.
  1. Se nagħtu bidu għax-xahar ta’ Mejju. Xahar ddedikat lill-Madonna. Inħeġġu li b’mod speċjali f’dan ix-xahar jingħad ir-rużarju kuljum. Fil-Knisja Arċipretali jingħad kuljum wara l-quddiesa tas-7a.m. u fis-6pm. Matul ix-xahar ta’ Mejju l-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ kull nhar ta’ Erbgħa, z-Zokkrija ħdejn il-bandli u kull nhar ta’ Ġimgħa fit-tarf ta’ triq ir-Rebbiegħa, fis-7.00pm.
  1. Kull min jagħti servizz fil-liturġija, huwa mitlub jidħol fis-Sagristija biex jiġbor ir-roster.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għar-restawr tal-portiku.
  1. Se jitqassam il-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Mejju, fil-paġni tan-nofs insibu l-programm tal-parroċċa, l-programm tat-tberik flimkien ma nformazzjoni oħra.
  1. IL-ĦADD 28 TA’ MEJJU se jiġi organizzat Sunday Lunch b’risq ir-restawr tal-portiku, f’lukanda il-Marfa. Aktar dettalji fuq n-notice board.
  1. Il-ġimgħa l-oħra kellna delegazzjoni mill-Vatikan dwar it-talba għall-Bażilka; hemm bżonn isiru xi adattamenti fir-Rotunda biex din t-talba tkun tista’ tiġi milqgħuha. Qed naħdmu fuq dan. 
  1. Nitolbu għal Lucia Zahra u Marija Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply