1. GĦADA L-ĦADD / DALGĦODU, bejn it-8:30am u l-11:00am., kull min jixtieq jista jitla’ jara x-xogħol li qed isir fuq il-portiku tal-Knisja Arċipretali. Id-dħul isir mit-taraġ tal-kampnar tal-qampiena l-kbira. Kull min jixtieq jagħti donazzjoni tiġi aprezzata.
  1. IL-ĦADD (4) Fl-4:00p.m., fil-Knisja Arċipretali, issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IT-TNEJN (5) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa, bil-Quddiesa tal-Grupp Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fl-4:00pm. Se jkun hemm l-ingwanta ta’ Padre Pio.
  1. IL-ĠIMGĦA (9) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom qiegħdin mit-2 sal-5 sena. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (10) Hija s-solennita tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Hu dmir tagħna li nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħin tal-Quddies il-Ġimgħa filgħaxija jkun fis-6:30p.m. u jkun jgħodd għal għada, is-Sibt filgħodu l-ħin tal-Quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd u filgħaxija jkun fil-5:00 u fis-6:30p.m. Il-Quddies kollu tas-Sibt ikun tal-festa ta’ San Pawl.
  1. IS-SIBT (10) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħ’ Attard. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Frar, fil-paġni tan-nofs issibu fuljett tal-parroċċa, bil-programm tal-parroċċa għal dan ix-xahar.
  1. IL-ĦADD, 18 ta’ Frar, se jiġi organizzat Seminar, li jinkludi l-Quddiesa, għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan se jsir fiċ-ċentru Sant’ Andrija u jibda fid-9:00a.m.
  1. Nitolbu għal Mary Doris Sammut, Lewis Fenech, Rita Bugeja u Francesco Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…….

Leave a Reply