1. IL-ĦADD (6) Fil-quddiesa tal-5:30p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija. Wara l-Quddiesa ssir l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Assunta.
  1. IL-ĦADD (6) Fl-okkażżjoni tal-festa se ssir quddiesa animata miż-żgħażagħ segwita’ b’diversi attivitajiet għaż-żgħażagħ fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’. Tibda fis-7.00pm. Aktar dettalji mill-facebook tal-kpaz.
  1. IT-TNEJN (7) Issir iċ-ċelebrazzjoni għat-tfal. Fis-5:45p.m. it-tfal tal-parroċċa jinġabru quddiem l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, biex fis-6:00p.m. tibda mixja ta’ ferħ u kant bix-xbieha ta’ Santa Marija għall-Knisja Arċipretali, fejn jieħdu sehem fil-Quddiesa tas-6.30pm. Waqt l-offertorju t-tfal huma mħeġġa li jagħtu offerta ta’ flus biex tingħata lil Puttinu Cares. Tingħata tifkira lit-tfal taċ-ċentri tad-Duttrina li jkunu fil-Knisja għall-quddiesa. Tfal b’diżabilita’ jkollhom post riżervat għalihom. Wara l-quddiesa, fuq iz-zuntier tal-knisja, ssir il-preżentazzjoni lit-tfal li rebħu fl-Sports Rally tal-festa.
  1. IT-TLIETA (8) Fis-6:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-familji kollha tal-parroċċa tagħna, b’mod speċjali dawk il-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali. Waqt l-offerti l-familji se jkunu mistiedna joffru oġġetti ta’ l-ikel biex jingħataw lill-familji Mostin li jinsabu fil-bż Dawk il-koppji li qed jiċċelebraw l-10, 25, u 50 sena jew aktar, mitluba li jħallu nota fl-uffiċċju parrokkjali sa għada t-Tnejn.
  1. L-ERBGĦA (9) Iż-Żoni tal-parroċċa, huma mistiedna għall-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĦAMIS (10) L-Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tax-xbieha tal-Assunta. Wara l-Quddiesa tat-8:30am il-ministri straordinarji tat-tqarbin iqarbnu lill-morda fi djarhom. Fis-6:30p.m. Quddiesa solenni konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Pawlu Darmanin OFM Cap.
  1. IL-ĠIMGĦA (11) L-Ewwel jum tat-Tridu. Fis-6:30p.m. Quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali s-saċerdoti u r-reliġjużi tal-parroċċa tagħna.
  1. IS-SIBT (12) It-Tieni Jum tat-Tridu. Fis-6:30p.m. quddiesa li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Kull min jeħtieġ trasport mitlub javża l-uffiċċju parrokkjali jew fis-Sagristija sa nhar il-Ħamis.
  1. IL-ĦADD (13) Fil-5:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet reliġjużi u l-movimenti ekklezjali.
  1. Quddiem il-vara ta’ Marija Assunata hemm kaxxa, li wieħed jista’ jitfa’ t-talba li jixtieq jagħmel lil Alla bl-interċessjoni ta’ Marija.
  1. Il-Ġabra li saret fil-ħruġ tal-istatwa min-niċċa, b’risq l-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €2,477. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Nitolbu għal Carmelo Azzopardi, Anthony Fenech, Marianna Deguara li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply