1. IT-TNEJN (8) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TNEJN (8) Niċċelebraw il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Knisja Arċipretali tkun bil-kant u bil-prietka.
  1. L-ERBGĦA (10) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.30p.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (12) Se ssir Laqgħa għall-membri tal-korijiet, gruppi ta’ kant, animaturi u kanturi, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-7:00p.m. Kull min għandu għal qalbu l-mużika sagra u kant Liturġiku hu mħeġġeġ li jattendi.
  1. IL-ĦADD (14) Se tiġi organizzata Mixja/ Ġirja b’risq ir-restawr tal-Portiku tal-Knisja Arċipretali. Niltaqgħu ħdejn iz-zuntier tal-Knisja fl-10:00am. Kull min jixtieq jieħu sehem jista jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali jew qabel ma tibda l-mixja u jagħti donazzjoni.
  1. IL-ĦADD (14) Tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-Għasel. Fit-3:30p.m. issir Quddiesa bil-kant u bil-priedka.
  1. Peress li bħalissa għaddej kors ta’ aġġornament għall-katekisti, ċ-ċentri tal-katekiżmu għat-tfal se jergġħu jinfetħu minn nhar l-Erbgħa li ġejjin.
  1. Il-Ġabra li saret fl-aħħar tas-sena għall-familji fil-bżonn kienet ta’ €1,590 u għad-Dar tal-Providenza kienet ta’ €2,311.
  1. Nitolbu għal Josephine Farrugia u Anna Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Leave a Reply