1. IT-TNEJN (8) Hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompej, Fil-11:30am Quddiesa fil-Knisja Arċipretali u wara tingħad it-Talba supplika tal-Madonna.
  1. IT-TNEJN (8) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fis-7:00p.m.
  1. IT-TLIETA (9) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, wara l-Quddiesa tad-9:30am fil-kappella tal-Pax Et Bonum.
  1. IT-TLIETA (9) Festa ta’ San Ġorġ Preca, fil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-knisja Arċipretali, jieħdu sehem il-membri tal-Museum.
  1. IT-TLIETA (9) Se ssir Quddiesa b’talb għal Fejqan minn Patri Elija Vella fis-7:30pm fil-Knisja Arċipretali. Kulħadd huwa mistieden
  1. IL-ĦAMIS (11) ssir il-festa ta’ Santa Rita, fil-kappella tas-Sorijiet Agostinjani, minn nhar it-Tnejn sal-Ħamis se ssir Quddiesa fis-6:30p.m
  1. IL-ĠIMGĦA (12) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (12) Se jsir Pellegrinaġġ Marjan li jitlaq fis-7:00p.m. mill-Museum tas-Subien sal-kappella tal-Madonna tal-Isperanza. Kulħadd mistieden.
  1. IS-SIBT (13) Se issir L-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk. Tibda fl-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. IL-ĦAMIS 18 TA’ MEJJU, il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Ħarġa għall-Anzjani, li tibda bil-Quddiesa, għall-Imdina f’egħluq l-1950 sena mill-Martirju ta’ San Pawl. It-trasport jitlaq mill-pjazza fit-8:30am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar is-Sibt.
  1. Nitolbu għal Sr Eufemia Buhagiar Agostinjana, Carmen Tanti Petroni u Pawla Attard li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply