1. IL-ĦADD (8) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-Quddiesa tad-9:30am ssir siegħa Adorazzjoni u fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:30pm u Quddiesa fil-5:30pm.
  1. IT-TNEJN (9) Is-76 sena mill-Miraklu tal-Bomba li laqtet il-Knisja tagħna, fis-6:30p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona, it-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IT-TNEJN (9) Jibdew sensiela ta’ sitt laqgħat dwar ‘Esperjenza Missjunarja’ fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-6.30pm. Il-laqgħat jitmexxew minn diversi kelliema.
  1. IT-TNEJN (9) Fiċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija se jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ. Infakkru lill-għarajjes li dan il-kors ta’ tħejjija jsir daqs sentejn qabel iż-żwieġ.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) U S-SIBT (14) Se ssir attivita nazzjonali għaż-żgħażagħ, fil-Park Nazzjonali Ta’ Qali. Aktar dettalji minn fuq n-noticeboard.
  1. IS-SIBT (14) se jsir it-Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokjali tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11p.m. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (15) Patri Alex Zammit tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Radd il-ħajr lil Alla, fil-Knisja Arċipretali fil-5:30pm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. Il-Parroċċa se torganizza żewġ Pellegrinaġġi, wieħed għall-Assisi mit-2 sas-6 ta’ Lulju u ieħor għall-Lourdes mid-9 sat-13 ta’ Lulju. Aktar dettalji mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Fis-Sajf li ġej se ssir esperjenza ta’ volontarjat fir-Rumanija. Il-grupp ser jassisti organizzazzjoni lokali f’summer camps ma tfal fiz-zona ta’ Dan ser issir bejn is-27 ta’ Awwissu u l-10 ta’ Settembru. Min hu interessat iħalli nota fis-sagristija jew l-uffiċċju parrokkjali.
  1. Navżaw li membri tal-Leġjun ta’ Marija, qed iżuru l-familji fiz-zona taz-Zokkrija u Sant Andrija bejn l-4pm u 7pm u l-membri tal-Mixja Neo Katekumenali qed iżuru l-familji li joqgħodu ħdejn l-kappella ta’ San Silvestru kull nhar ta’ Ħamis mis-6pm l-quddiem.
  1. Il-ġbir li jsir waqt il-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej ikun l-offerta tagħna ta’ kull sena b’risq id-djar tal-Karita’ li l-Knisja għandha f’Malta. Matul il-ġimgħa ikun hawn ukoll kaxxi li fihom nistgħu noffru affarijiet ta’ ikel u oġġetti oħra utli għal dawn id-djar.
  1. Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda b’risq ir-restawr tal-Portiku kienet ta’ €2,400. Grazzi ħafna.
  1. Nitolbu għal Mikelina Dimech, Hermia Cassar, Consiglia Tonna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply