1.    IT-TLIETA (12) Se ssir Purċissjoni tal-Bambin, fiz-zona ta’ Santa Margerita, fil-5:30p.m.

2.    L-ERBGĦA (13) Is-Soċjeta Piroteknika 15 ta’ Awwissu se torganizza ġbir tad-demm bil-Mobile Blood Donation Unit li se jkun fi Pjazza 16 ta’ Settembru, fejn jarma l-monti, bejn it-8:30 a.m.  u s-1:00 p.m.

3.    IL-ĦAMIS (14), Se jsir irtir għal-anzjani fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00am. Imexxi Dun Roy Galdes. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.

4.    IL-ĠIMGĦA (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali.

5.    IL-ĠIMGĦA (15) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Theresa fil-kor tal-Knisja Arċipretali.

6.    IL-ĠIMGĦA (15) Nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun  bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa.

7.    IS-SIBT (16) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali se ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda. Wara l-Quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem Ġesù espost li tagħlaq bil-Barka Sagramentali.

8.    IL-ĦADD (17) Fil-knisja Arċipretali, fil-Quddiesa tal-11a.m., isir it-tberik tal-Bambini. It-tfal huma mħeġġa li jġibu l-bambin magħhom mid-dar biex jitbierek.

9.    Matul il-jiem tan-Novena, fil-knisja Arċipretali se jkun hawn qoffa, fejn se jinġabru oġġetti tal-ikel biex jingħataw lill-familji fil-bżonn fil-parroċċa tagħna.

10.         Kull min jixtieq japplika għall-Kliem il-Ħajja jista jagħmel dan mill-uffiċċju parrokkjali. Kliem il-Ħajja hu ktejjeb li joħroġ kull tlett xhur b’silta mill-Evanġelu u ħsieb għal kull ġurnata.

11.         Nitolbu Carmela Bonello, Maria Sciberras, Connie Ellul u Joseph Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……


Leave a Reply