1. MIT-TNEJN (16) SAL-ĠIMGĦA (20) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30a.m. u n-12:30p.m.
  1. IT-TLIETA (17) Se ssir Adorazzjoni tal-grupp Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax et Bonum, fid-9:30am.
  1. L-ERBGĦA (18) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĠIMGĦA (20) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Knisja Arċipretali.
  1. IL-ĠIMGĦA (20) Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla se torganizza Quddiesa u Ċelebrazzjoni Marjana fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Se jkun hemm trasport li jitlaq mill-pjazza tal-Mosta fis-5:45p.m. Kull min jixtieq jattendi għandu javza lil helpers tax-Xirka.
  1. IL-ĦADD (22) Hija l-Ġurnata Missjunarja. Ta’ kull sena noffru t-talb u l-għajnuna fi flus lill-knejjes u lil ħutna fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir li jsir waqt il-quddies jkun l-offerta tagħna għall-missjoni.
  1. Il-Ħamis 26 ta’ Ottubru se ssir Ħarġa għall-Anzjani għand is-sorijiet tal-Klawsura, fil-monasteru ta’ Santa Katerina l-Belt. Tluq ta’ trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00a.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokjali.
  1. Qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-Mixja u Ġirja li se ssir il-Ħadd 14 ta’ Jannar, biex jinġabru fondi għall-ispejjeż tar-restawr tal-Portiku tal-Knisja. Kull min jixtieq jieħu seħem għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-Sagristtija u jagħti donazzjoni ta’ €10.
  1. Nitolbu għal Francesca Farrugia, George Agius, Josephine Vella, Susan Sacco Mulvaney u Joseph Vassallo li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply