1. Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni l-Ħadd (2) fis-2.30pm u fis-7:00p.m.
  1. IL-ĦADD (2) Il-Quddiesa fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se tkun fis-6:30p.m. u mhux fis-7:00p.m bħas-soltu.
  1. Minn għada t-Tnejn (3) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm. minn Fr. Franklin Vella.
  1. IT-TNEJN (3) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fl-4:00p.m.
  1. IT-TNEJN (3) Fis-6:00p.m. ikun hemm Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (4) Se ssir Adorazzjoni tas-Salib fl-Oratorju Marija Immakulata fis-9:30am organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa.
  1. L-ERBGĦA (5) Se ssir l-laqgħa għat-Terzjarji tal-Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati fl-30pm.
  1. IL-ĦAMIS (6) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00p.m. bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa.
  1. IL-ĠIMGĦA (7) nagħmlu t-tifkira tad-Duluri. Filgħodu minbarra l-Quddies tas-soltu, fis-7:00am. issir quddiesa fil-kappella ddedikata lid-Duluri fi Triq it-Torri. Filgħaxija fil-knisja Arċipretali ssir Quddiesa fil-5:30p.m. u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Adolorata. Wara l-purċissjoni ssir Quddiesa oħra. Mill-4:30pm. l-quddiem fil-knisja Arċipretali ikun hemm il-qrar.
  1. Mill-ĠIMGĦA (7), jum id-Duluri, sal-Ġimgħa l-Kbira issir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja ikun hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. IS-SIBT (8) Se issir l-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Fleur de lys. Tibda fid-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. IL-ĦADD (9) Ħadd il-Palm. Fid-9:00am. tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu li tkompli b’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali u fid-9.30am. tibda l-qudddiesa.
  1. Fl-okkażżjoni tal-75 sena mill-miraklu tal-Bomba li laqtet il-Knisja, IS-SIBT (8) se tittella lejla Kommemorattiva, fil-Knisja Arċipretali fis-7:30p.m. Matul din il-lejla se jkollna siltiet mużikali mill-kor Shalom u daqq tal-orgni, Qari ta’ siltiet letterarji u spot viżiv. Din l-lejla għandha tieħu madwar siegħa. IL-ĦADD (9) Jum l-Anniversarju mill-miraklu tal-Bomba. Fl-4:00p.m. tibda Adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat u fil-5:30p.m. tibda quddiesa ta ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona, t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IT-TLIETA 11 ta’ April se ssir Qudddiesa fil-knisja Arċipretali fid-9:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Kull min jixtieq trasport għandu jċempel l-uffiċċju parrokjali sa nhar is-Sibt.
  1. Il-Ġbir li jsir fil-quddies tal-Ħadd li ġej ikun b’risq il-prokura tal-Ġimgħa l-kbira.
  1. Nitolbu għal Sr Bernarnda Borg Agostinjana li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply