1. IL-ĠIMGĦA (28) ser issir adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10:00 a.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Nagħtu bidu għall-festa ta’ Santa Marija, billi ninġabru flimkien f’Adorazzjoni, fil-Knisja Arċipretali bejn d-9:00 u l-10:00 ta’ filgħaxija. Tajjeb li ninġabru lkoll u ma’ Marija naduraw lil binha Ġesu fis-Sagrament Imqaddes.
  1. IS-SIBT (29) Isir l-ħruġ tal-vara min-niċċa. Fis-6:30p.m. issir Quddiesa kantata segwita b’ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-vara titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa. Wara jsir il-Pellegrinaġġ bir-roti. Nibdew minn quddiem iz-zuntier fejn isir it-tberik taċ-ċiklisti u r-roti.
  1. Il-ĦADD (30) Tibda l-Kwindiċina, ħmistax il-jum ta’ preparazzjoni għall-festa. Fis-7:00pm issir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Wara jsir pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi mit-toroq: Barrieri, Gafa, Kungress Ewkaristiku, għall-Knisja Arċ Fi tmiem il-pellegrinaġġ, ikun hemm l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja Arċipretali.
  1. Matul din il-ġimgħa se jitqassam fid-djar il-programm tal-festa u se jkompli jsir il-ġbir ta’ l-envelopes bl-offerta tagħkom għall-festa minn nies inkarigati. Min jixtieq jista jġib l-envelope miegħu l-knisja.
  1. Il-Funzjonijiet kollha tal-festa ta’ Santa Marija, se jkunu Live streaming fuq is-sit uffiċċjali tal-parroċċa: www.mostachurch.com. Tajjeb li navżaw b’dan lil emigranti Mostin.
  1. Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu se ssir Pasta or Burger night fl-Oratorju Marija Immakulata. Mistiedna nattendu.
  1. Nitolbu għal Carmelo Vassallo li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply