1. IL-ĠIMGĦA (29) Sollenita ta’ San Pietru u San Pawl. Xieraq li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-ħin tal-quddies, jkun bħal ta’ nhar ta’ xogħol u fil-Knisja Arċipretali tiżdied quddiesa oħra fl-10am.
  1. IS-SIBT (30) Festa ta’ San Paċifiku, meqjum fil-kor tal-Knisja Arċipretali. Il-Quddiesa tat-8:30a.m. tkun bil-kant.
  1. Minn nhar IL-ĦADD (1), iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija se tibda ssir fil-5:00p.m. u wara l-ġenituri u l-parrini jieħdu sehem fil-Quddiesa tal-5:30pm. Se jibda jintuża l-Battiseru l-antik.
  1. Navżaw li minħabba li l-Ħamis filgħaxija qed issir il-Quddiesa bis-sehem tat-tfal, l-Isports Rally tal-Festa mhux se ssir nhar il-Ħamis li ġej kif avżat, imma se ssir il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fil-5:30p.m.
  1. Infetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li se jibda f’Settembru li ġej. Dan il-kors ta’ tħejjija għandu jsir daqs sentejn qabel id-data tat-tieġ.
  1. Minħabba ix-xogħol li qed isir fuq il-presbiterju, l-quddies ta’ filgħodu minn nhar it-Tnejn sal-Ħamis li ġej se jerġa jsir fil-katekumenju.
  1. Kif avżajna fil-weekend li għadda, ħdejn il-bibien tal-Knisja hawn voluntiera biex jilqgħu donazzjonijiet b’risq il-proġetti li għaddejjin bħalissa fil-Knisja. Min jixtieq jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu lil xi ħadd mill-kleru jew jitfaħħa fil-kaxxa li hemm ħdejn il-bieb prinċipali tal-Knisja. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjonijiet ġenerużi tagħkom.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitlub jiġbru r-roster ta’ Lulju mis-Sagristija.
  1. Nitolbu għal Silvan Sammut u Gaetano Pace li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply