1. IT-TNEJN (25) terġa tibda l-Quddiesa għat-tfal qabel l-iskola, fit-7:45am.
  1. MIT-TNEJN (25) SAL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Ġimgħa ta’ Tagħlim, fil-Museum tas-Subien, il-Mosta, fis-7:00p.m. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IT-TNEJN (25) Fiċ-ċentru Sant’Andrija jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ għal dawk li applikaw għalih. Jibda fis-7:30p.m.
  1. IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni, fid-9.30am fil-kappella tal-Pax et Bonum, mis-Superjur Joe Fenech.
  1. IL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Adorazzjoni, fl-10am, fic-Centru Sant’Andrija, mis-Superjur Joe Fenech.
  1. IL-ĦADD (1) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza Rotunda, Triq il-Kbira, San Gwann, Grognet, Torri, Xorxa, Gużeppi Callus, Kungress Ewkaristiku, għall-Knisja Arċipretali. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. Kull nhar ta’ Ġimgħa, qed issir laqgħa tal-Lectio Divina għand s-Sorijiet Benedittini tal-Imdina, fis-6:30p.m. Min jixtieq jibda jattendi għandu javża fl-uffiċċju Parrokkjali. Jekk ikun hemm numru nteressati jsir t-trasport.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Ottubru mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-portiku tal-Knisja Arċipretali. Ix-Xogħol fuq ir-restawr tal-Portiku miexi b’ritmu tajjeb. Bħalissa qed jinħatt il-portiku u qed jinħadmu l-ġebel skond il-forma meħtieġa. L-istima tax-xogħol hija ta’ madwar €90,000, li minnhom s’issa inġabru €48,000. Aktar dettalji jinsabu fuq board li hemm fuq wara tal-Knisja. Kull donazzjoni tiġi apprezzata.
  1. Nitolbu għal Emanuela Sant li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…………..

Leave a Reply