1. IL-ĦADD (29) Fil-5:30p.m. se jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-quddiesa tal-ħin, tal-5:30p.m. se ssir fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IT-TNEJN (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-knisja Arċipretali, tkun biss sehem tat-Terzjarji Karmelitani, f’għeluq l-inkjesta Djoċesana għall-kawża tal-Beatifikazzjoni u l-kanonizazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija.
  1. IT-TNEJN (30) Se jibdew Katekeżi għall-Adulti, kull nhar ta’ Tnejn u Hamis, fis-7.30pm fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja.
  1. IT-TLIETA (31) Ser issir adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum fid-9.30m.
  1. L-ERBGĦA (1) Se ssir Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Patri Avertan Fenech, Fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, fil-5:00p.m.
  1. L-ERBGĦA (1) hija s-Solennita tal-Qaddisin kollha. Fil-Knisja Arċipretali, fis-6:30p.m. ssir quddiesa bil-kant u bil-priedka.
  1. IL-ĦAMIS (2) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĦAMIS (2) nagħmlu t-tifkira solenni tal-mejtin kollha. Wara l-quddiesa tas-6.30p.m. jsir t-tberik tal-oqbra fil-Knisja u fil-kannierja.
  1. IL-ĦADD (5) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. Matul ix-xahar ta’ Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fl-4:00p.m.
  1. Avviż mill-kap ta’ l-iskola Primarja tal-Mosta: Il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu bejn Jannar u April 2015 għandhom jiktbuhom fil-Kinder Annexe. Iż-żewġ ġenituri mitluba li jkunu preżenti u jġibu l-karta ta’ identità magħhom u l-indirizz irid ikun fuq il-Mosta.
  1. Infakkru fil-ktieb ippublikat minn Dun Pawl Sciberras b’riflessjonijiet bl-Ingliż fuq il-qari tal-quddiesa fil-jiem kollha ta’ matul il-ġimgħa għas-Sena 2, li tibda fl-Avvent li ġej. Dan il-ktieb jista jinxtara mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Tul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu b’mod aktar mis-soltu fil-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem. Il-Qaddisin u l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja diġa jinsabu fiha. Il-familjari ta’ dawk li mietu matul din is-sena jistgħu jgibu santa tal-għeżież tagħhom u jwaħħluha mal-board, li se jsir appost biex lkoll nitolbu għalihom. Min jixtieq jista wkoll jikteb l-ismijiet tal-għeżież mejtin fuq l-karti li se jkun hemm ħdejn il-board.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Novembru, mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  1. Nitolbu għal John Chetcuti u Joseph Cassar li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply