1. Fl-okkażżjoni tal-75 sena mill-miraklu tal-Bomba li laqtet il-Knisja,
  • LLUM IS-SIBT (8) se tittella lejla Kommemorattiva, fil-Knisja Arċipretali fis-7:30p.m. Matul din il-lejla se jkollna siltiet mużikali mill-kor Shalom u daqq tal-orgni, Qari ta’ siltiet letterarji u spot viżiv. Din l-lejla għandha tieħu madwar siegħa.
  • IL-ĦADD (9) Jum l-Anniversarju mill-miraklu tal-Bomba. Fl-4:00p.m. tibda Adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat u fil-5:30p.m. tibda quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona, t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IL-ĦADD (9) ĦADD IL-PALM. Il-Quddies ikun bħas-soltu. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù li tkompli b’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali fejn issir il-quddiesa solenni.
  1. IT-TNEJN (10), IT-TLIETA (11) U L-ERBGĦA (12) Jibdew tlett ijiem ta’ tħejjija. Fis-6pm isir it-Talb tal-Via Sagra u fis-6:30p.m. Quddiesa kantata fil-knisja Arċipretali.
  1. IT-TNEJN (10) Se ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara quddiesa. Kulhadd mistieden jattendi.
  1. IT-TNEJN (10) fil-Knisja Arċipretali ssir laqgħa għat-tfal li jattendu fiċ-Ċentri tad-Duttrina. Tibda fil-5pm.
  1. IT-TLIETA (11) se ssir Qudddiesa fil-knisja Arċipretali fid-9:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda.
  1. L-ERBGĦA (12) Ikun hawn l-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00p.m.
  1. IL-ĦAMIS (13) – ĦAMIS IX-XIRKA: Fil-Knisja Arċipretali fl-5pm issir quddiesa bis-sehem tat-tfal u fis-6:30p.m. Konċelebrazzjoni Solenni b’Tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir it-trasport ta’ Ġesù Sagramentat għall-Post tar-Ripożiżżjoni. Fit-8:30p.m. u fid-9:30p.m. isiru l-vizti u fil-11pm sahra ta’ Talb u Adorazzjoni.
  1. IL-ĠIMGĦA (14) – IL-ĠIMGĦA L-KBIRA: Huwa jum ta’ Sawm u Astinenza. Fit-8:45am il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iqarbnu l-morda fi djarhom. Fit-3pm tibda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib u fil-5:30pm tibda ħierġa l-purċissjoni.
  1. IS-SIBT (15) – SIBT IL-GĦID: Fit-8:00p.m. tibda l-Velja tal-Għid.
  1. IL-ĦADD (17) – L-GĦID IL-KBIR: Fid-9:30am Quddiesa għat-tfal tal-parroċċa u wara, fuq iz-zuntier tal-knisja jsir it-tberik tal-Figolli.
  1. Il-Prokura tal-Ġimgħa l-Kbira stampat ktieb dwar il-Ġimgħa l-Kbira fil-Mosta. Il-prezz ta’ dan il-ktieb huwa ta’ €7. Dan il-weekend se jinbiegħ għall-prezz speċjali ta’ €5.
  1. Matul din il-ġimgħa ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. Kull min jixtieq joffri xi fjuri bojod biex jintramaw għall-artal tar-ripożizzjoni għandu jġibhom sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  1. Qed isir Live streaming tal-Funzjonijiet kollha, fuq is-sit uffiċċjali tal-parroċċa: www.mostachurch.com . Tajjeb li navżaw b’dan lil emigranti Mostin.
  1. Il-Ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għal bżonnijiet tal-knisja kienet €2994. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Carmela Muscat, Godwin Cassar u Josephine Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply