Post Pic

IL-ĦADD (23) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Knisja Arċipretali, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:00pm. Il-Quddiesa tal-5:30p.m. se jmexxija Dun Gwann Sammut, bħala radd il-ħajr lil Alla f’egħluq il-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali. IT-TNEJN (24) Se jibda Bazaar, fis-Sala Papa Wojtyla fil-Mosta, fi Triq Kurat Calleja, quddiem il-knisja sal-Ġimgħa, l-28 ta’ April, mit-8.30a.m. sal-30a.m. u mill-4.30p.m. sas-6.00p.m. […]

Post Pic
Post Pic

IL-ĦADD (16) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali. Għal din il-quddiesa se jkun hemm postijiet riservati għall-persuni b’diżabilita. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u […]

Post Pic

 

Post Pic

Fl-okkażżjoni tal-75 sena mill-miraklu tal-Bomba li laqtet il-Knisja, LLUM IS-SIBT (8) se tittella lejla Kommemorattiva, fil-Knisja Arċipretali fis-7:30p.m. Matul din il-lejla se jkollna siltiet mużikali mill-kor Shalom u daqq tal-orgni, Qari ta’ siltiet letterarji u spot viżiv. Din l-lejla għandha tieħu madwar siegħa. IL-ĦADD (9) Jum l-Anniversarju mill-miraklu tal-Bomba. Fl-4:00p.m. tibda Adorazzjoni quddiem Ġesu Sagramentat […]

Post Pic

Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni l-Ħadd (2) fis-2.30pm u fis-7:00p.m. IL-ĦADD (2) Il-Quddiesa fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se tkun fis-6:30p.m. u mhux fis-7:00p.m bħas-soltu. Minn għada t-Tnejn (3) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm. minn Fr. Franklin Vella. IT-TNEJN (3) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre […]

Post Pic
Post Pic

IL-ĦADD (26) Fl-4p.m., fil-knisja Arċipretali issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. IT-TNEJN (27) se jibdew tlett ijiem ta’ Eżerċizzi għal min għandu dubju fil-Fidi. Dawn se jsiru fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja fit-8:00p.m. Imexxi l-Arċipriet Dun Sebastjan Caruana. IL-ĠIMGĦA (31) Fl-Oratorju Marija Immakulata se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u n-12:30pm. Inkunu ġenerużi. Id-Donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita. […]

Post Pic

IL-ĦADD (19) tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8 u l-11am. It-tfal subien u bniet jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq is-sagristija tal-bomba. IT-TNEJN (20) se jibdew l-Eżerċizzi: Għal kulħadd, fil-knisja Arċipretali fid-9 ta’ filgħodu minn Dun Mario Tong. Fil-kappella tal-Bidnija minn Dun Salv Borg wara l-Quddiesa li tibda fis-6:00pm. Fiċ-Ċentru Sant’ Andrija minn Patri Tonio Mallia […]

Post Pic