1. IT-TNEJN (29) Se ssir laqgħa ta’ tifħir u riparazzjoni, bil-Quddiesa, fil-kappella tal-Pax Et Bonum fis-7:30p.m. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IT-TLIETA (30) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9:00a.m.
  1. IL-ĦAMIS (1) Il-parroċċa tagħna hi mistiedna biex tanima Quddiesa u adorazzjoni fis-Seminarju.  Tibda fid-9.30am. Se jkun hemm trasport mill-pjazza tal-Mosta fil-9:00a.m. Min jixtieq jattendi għandu jħalli nota fl-uffiċċju parrokjali sa nhar t-Tlieta.
  1. IL-ĦAMIS (1) Fil-Knisja Arċipretali jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, il-festa tal-kandlora. Fil-Knisja Arċipretali, fil-5:00p.m. se ssir Quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa. Fis-6:30pm issir quddies kantata, li fiha jsir it-tberik tax-xema.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija se ssir laqgħa ta’ formazzjoni liturġika; dawk mpenjati fil-Liturġija u kull min għandu għal qalbu l-liturġija huma mistiedna għal din l-laqgħa li se ssir fil-Knisja Arċipretali minn Fr Roy Galdes.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Frar, mis-sagristija.
  1. Kull min jixtieq jara x-xogħol li qed isir fuq il-portiku jista’ jagħmel dan nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30am u l-11:00am. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li ġej se ssir wkoll b’risq ir-restawr tal-portiku.
  1. Kif diġa avżajna, biex tiġi milqugħha t-talba li l-Knisja Arċipretali ssir Bażilika, l-Vatikan talab li l-Artal mejda, l-Ambone u s-Sedja jkunu fissi tal-irħam. Fuq gwida mill-Kongregazzjoni tal-kult divin stess saru disinji li se jinħadmu fix-xhur li ġejjin. Barra minn hekk se jiċċaqlaq l-Baptisterju antik biex jibda jintuża. L-ispiża ta’ dan ix-xogħol hi stmata li tilħaq madwar €100,000. Se jkun hawn nies inkarigati biex jiġbru għal dan il-proġett, waqt li tingħata rċevuta.
  1. Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja. Min irid aktar informazzjoni jara n-notice boards.
  1. Nitolbu għal Maria Dolores Sammut li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply