Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn L-14 u l-21 ta' April 2024.

  1. L-ERBGĦA (17) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu fil-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati, li tibda fid-9am bil-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) Wara l-Quddiesa tas-6.30p.m, fil-Bażilika se jittella Kunċert minn Trinity Hall Chapel Choir. Kulħadd hu mistieden jattendi.
  1. IL-ĦADD (21) Se ssir il-Festa ta’ San Ġorġ, fil-kappella ddedikata lilu fil-Wardija. Fl-4pm se ssir Quddiesa tal-festa, kulħadd mistieden jieħu sehem.
  1. Wasal il-Fuljett Flimkien, nitolbu d-distributuri biex jiġbru l-kopji li se jqassmu mis-Sagristija.
  1. Infakkru fis-seminar Seminar għal dawk kollha li jagħtu xi servizz fil-parroċċa tagħna. Dan is-Seminar se jsir fl-1 ta’ Mejju. Aktar dettalji mill-flyer li jinsab ħdejn il-bieb prinċipali.
  1. Nitolbu għal Fr Willie Vella u Marija Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej.....