AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
Avviżi tal-Parroċċa bejn t-8 u l-15 ta' Diċembru 2024.
- IL-ĦADD (8) It-Tieni Ħadd tal-Avvent u Sollennita tal-Kunċizzjoni. Fis-Sala Papa Wojtyla tal-Oratorju Marija Immakulata, fl-4pm se tibda katina ta’ Rużarju li tagħlaq fis-6pm bl-Għasar u l-Barka Sagramentali. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
- IT-TNEJN (9) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant Andrija fl-9.45am.
- IT-TLIETA (10) L-Azzjoni Kattolika Adulti ser torganizza quddiesa u taħdita minn Patri Pawl Gatt, fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata, kulħadd mistieden.
- IL-ĠIMGĦA (13) Fil-Bażilika ser jsir l-Kuncert għal Żmien il-Milied, fit-8pm. Biljetti jinkisbu minn ħdejn il-bieb prinċipali jew mill-uffiċċju parrokjali.
- IS-SIBT (14) Il-Quddiesa tal-5p.m., fil-Bażilika se tkun bis-sehem tal-membri tal-Grupp Armar Marija Assunta. Wara l-Quddiesa ser tiġi inawgurata l-Wirja tal-Milied, fil-Maħżen tal-Armar, fil-Pjazza tal-Mosta. Kulħadd huwa mistieden.
- IL-ĦADD (15) Se nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Il-Quddiesa tas-5.30pm tkun kantata u wara ssir Ċelebrazzjoni tan-Novena.
- Il-Museum tas-subien se jkun qed jorganizza d-dimostrazzjoni bil-Bambin fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 20 ta' Diċembru. Il-purċissjoni se tibda fis-6pm minn quddiem il-Knisja tal-Vitorja (maġenb Kastilja). Issir ukoll waqfa qasira għan-Novena fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Kulħadd imħeġġeġ jattendi. Kull min għandu bżonn it-trasport għandu javża l-Museum tas-subien.
- Nitolbu għal Michael Muscat u Karmenu Sciriha li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ......