Avviżi u Aħbarijiet

AVVIZI U AĦBARIJIET

SCROLL BIEX TAQRA AKTAR

Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa

Avviżi tal-Parroċċa bejn l-24 u l-31 ta' Marzu 2024.

  1. IL-ĦADD (24/03) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm quddiem ic-Ċentru Pastorali ta’ Sant Andrija minn fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq il-Kostituzzjoni għal Bażilika.
  1. IT-TNEJN (25/03) Jibdew it-Tlett ijiem ta’ tħejjija għat-Tridu Paskwali. Fil-Bażilika, fis-6pm isir it-Talb tal-Via Sagra u fis-6:30p.m. Quddiesa kantata.
  1. IT-TNEJN (25/03) Bi tħejjija għall-Ġimgħa l-Kbira se ssir Ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa. It-Tfal se jiltaqgħu l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fl-4.15pm, fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika.Eżatt wara ssir laqgħa għal dawk it-tfal li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u d-dimostrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt.
  1. IT-TNEJN (25/03) Se jsir Kunċert ta’ Marċi Funebri ppreżentat mis-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija, fil-Bażilika, fit-8:00p.m.
  1. IT-TLIETA (26/03) Ser tiġi organizzata Ikla Lhudija, fis-Sala tal-Oratorju Marija Immakulata, fis-7.30p.m. Baqa l-aħħar ftit postijiet, min jixtieq jattendi għandu jibbukja fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar / għada t-Tnejn.
  1. L-ERBGĦA (27/03) Fil-Bażilika, ikun hawn l-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6p.m. Filgħaxija, fil-Bażilika se jkun hemm ukoll il-Qrar minn wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija sal-10 ta’ bil-lejl.
  1. L-ERBGĦA (27/03) Fis-7.30pm se jsir mument ta' talb għal kulħadd fil-Bazilika.  Inħeġġu lil dawk li se jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira biex jipparteċipaw f’dan il-ħin ta’ talb li se jkun bbażat fuq il-kitba ta' San Ġorġ Preca u jinkludi wkol il-qima tal-pjagi. 
  1. L-ERBGĦA (27/03) Se jsir Kuncert ta’ Marci Funebri ippreżentat mis-Soċjeta’ Filarmonika Nicolo’ Isouard, fil-Kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, fit-8p.m.
  1. IL-ĦAMIS (28/03) ĦAMIS IX-XIRKA Filgħodu ma jkunx hawn Quddies iżda fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Bażilika. Fid-9:00a.m. tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Matul din il-quddiesa jiġu mbierka ż-żjut Imqaddsa. Filgħaxija, Fil-Bażilika fil-5.00pm issir quddiesa bis-sehem tat-tfal u fis-6:30p.m. Konċelebrazzjoni Solenni b’Tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej, parti mill-funzjoni tkun il-ħasil tar-riġlejn. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir it-trasport ta’ Ġesù Sagramentat għall-Altar tar-Ripożiżżjoni. Fit-8:00p.m. u fid-9:00p.m. isiru l-vizti, fl-10am Adorazzjoni animata miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ u fil-11pm sahra ta’ Talb u Adorazzjoni sa nofs il-lejl. Tkun ħaġa sabiħa li l-altar tar-ripożiżżjoni jiżżejjen bis-sehem tagħna lkoll. Min jixtieq, jista jġib fjuri bojod sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  1. IL-ĠIMGĦA (29/03) - IL-ĠIMGĦA L-KBIRA. Huwa jum ta’ Sawm u Astinenza. Fit-8a.m. jsir t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Bażilika. Fit-8:45am il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iqarbnu l-morda fi djarhom. Fit-3pm tibda l-Azzjoni liturġika tal-Ġimgħa l-Kbira li fiha ssir l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin. Fil-5:30pm tibda ħierġa l-purċissjoni.
  1. IS-SIBT (30/03) SIBT IL-GĦID Fit-8a.m. isir t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Katekumenju. Fit-8:00p.m. tibda l-Velja tal-Għid, li fiha jsir t-tberik tan-nar l-ġdid, qari tal-istorja tas-Salvazzjoni, tberik tal-ilma u magħmudija.
  1. IL-ĦADD (31/03) L-GĦID IL-KBIR Fid-9:30am Quddiesa għat-tfal tal-parroċċa u wara, fuq iz-zuntier tal-knisja jsir it-tberik tal-Figolli. It-tfal huma wkoll mistiedna jġibu figolla għal tfal u familji fil-bżonn. Fil-Quddiesa tal-11am jiġi amministrat s-sagrament tal-Magħmudija. Fil-5.30p.m. Quddiesa kantata ta’ nhar l-Għid. Wara l-quddiesa tal-5:30p.m. issir l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
  1. Matul din il-ġimgħa ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna biex ngħinu persuni u familji fil-bżonn.
  1. Qed nistiednu voluntiera ġodda biex jgħinu lis-saċerdoti fit-tberik tal-familji li se jibda l-għada tal-Għid. Dawn il-persuni jħabtu l-bibien qabel jasal is-Saċerdot biex jippreparawhom għat-tberik. Min jixtieq jgħin iħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Magdalena Gauci li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha o Mulej, il-mistrieħ.....