AVVIZI U AĦBARIJIET
SCROLL BIEX TAQRA AKTAR
Avviżi tal-Parroċċa għal matul din il-Ġimgħa
Avviżi tal-Parroċċa bejn l-21 u t-28 ta' April 2024.
- IL-ĦADD (21) Fl-4pm se ssir Quddiesa tal-festa ta’ San Ġorġ, fil-kappella ddedikata lilu fil-Wardija. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
- L-ERBGĦA (24) Se jibda Bazaar, fis-Sala Papa Wojtyla, fl-Oratorju Marija Immakulata, li jibqa’ miftuħ sa nhar il-Ġimgħa. Il-Ħadd se issir fiera għall-familji kollha tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards.
- IL-ĦAMIS (25) Se ssir laqgħa għas-separati, fil-kappella ta’ San Anard, fis-7pm.
- IL-ĦADD (28) Il-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa, ser torganizza Picnic għall-familja, niltaqgħu ħdejn il-kappella ta’ San Ġorġ, il-Wardija, fit-3pm. Fih se ssir ukoll taħdita minn Dun Manwel Cutajar. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards.
- IL-ĦADD (28) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
- Nitolbu għal Grazia Vella, Vitorin Vassallo, Mary Galea, Maria Concetta Bugeja, Pawla Mamo, Melita Mamo u Charles Zahra li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ.....