Archive for the ‘News’ Category

L-ĦADD (17) Issir il-festa tal-Madonna tal-Isperanza, fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa kantata. L-ERBGĦA (20) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.00p.m. li tibda bil-Quddiesa. IL-ĠIMGĦA (22) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom qiegħdin bejn it-2 u l-5 sena tal-Katekiżmu. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù fis-7:00p.m. IL-ĦADD (24) Fil-Quddiesa […]

IL-ĦADD (10) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata. L-ERBGĦA (13) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. jibda Rużarju u Quddiesa. IL-ĠIMGĦA (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika. IL-ĠIMGĦA (15) fl-4.00p.m. se ssir Adorazzjoni organizzata mill-Co […]

IL-ĦADD (3) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju. IT-TLIETA (5) Se ssir Quddiesa organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30a.m., b’suffraġju tal-erwieħ tal-Benefatturi tal-Oratorju u tal-membri familjari. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa ta’ tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm. IL-ĠIMGĦA (8) Se ssir Laqgħa ta’ Talb u formazzjoni, […]

Dan il-weekend qed jiġi amministrat s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nitolbu għal dawk li se jirċievu dan is-sagrament. IL-ĦADD (27) Il-quddiesa tal-ħin, tal-5:30p.m. se ssir fil-Katekumenju. IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum, wara l-quddiesa tad-9am. L-ERBGĦA (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, tkun biss sehem tat-Terzjarji Karmelitani, fl-anniversarju tal-mewt ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li […]

IL-ĦADD (20) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fl-10:00a.m. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Quddiesa tal-5:00p.m., ta’ nhar is-Sibt li ġej, se ssir bħas-soltu, fil-Bażilika, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja. Il-quddies ta’ nhar l-Ħadd tal-5.30pm […]

MIT-TNEJN (14) SAL-ĠIMGĦA (18) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30a.m. u n-12:30p.m. IT-TLIETA (15) Fil-11.00am Rużarju u wara quddiesa fil-Kor tal-Bażilika. Kulħadd mistieden jattendi. L-ERBGĦA (16) Fl-4p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĠIMGĦA (18) Fl-4:00p.m. […]

IL-ĦADD (6) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza, Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Pjazza Nerik Mizzi, Salvu Zahra, Speranza, Kbira għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju. IT-TNEJN (7) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena Kateketika, fil-Bażilika fil-5:00p.m. IT-TNEJN (7) Quddiesa fiċ-Cimiterju fis-6pm. […]

IT-TNEJN (30) Din il-ġimgħa jibda l-katekiżmu għat-tfal fiċ-ċentri kollha tal-parroċċa. IT-TNEJN (30) Se jibda kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-ċentru Sant Andrija. Nitolbu għall-għarajjes li se jattendu għal dan il-kors. IT-TLIETA (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru ix-xahar ta’ Rużarju. Tajjeb li matul dan ix-xahar nitolbu din t-talba b’devozzjoni fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ […]

IT-TNEJN (23) Il-Quddiesa tat-7:45am se terġa tibda tkun animata għat-tfal qabel l-iskola. IT-TNEJN (23) Jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu għall-Addoloxenti li f’Ottubru se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħat isiru fiċ-ċentri tal-Katekiżmu. IT-TNEJN (23) se jerġa jibda jiltaqa’ l-Grupp Full Joy, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-5:45pm. isir tagħlim ta’ kant ta’ Evanġelizazzjoni u fis-7:30p.m. Adorazzjoni. Kull min jixtieq […]

IT-TNEJN (16) Jum il-Mosta, il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali. L-ERBGĦA (18) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĦAMIS (19) Fis-6:30p.m. se jkollna l-aħħar Quddiesa animata għat-tfal tul il-vaganzi tas-Sajf. Wara l-Quddiesa se jsiru Water games fuq iz-zuntier. Mill-ġimgħa ta’ wara l-Adorazzjoni terġa tibda ssir nhar ta’ Ħamis […]