1. IT-TNEJN (24) terġa tibda l-Quddiesa għat-tfal qabel l-iskola, fit-7:45am.
  1. IT-TNEJN (24) Fiċ-ċentru Sant’Andrija jibda l-kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ għal dawk li applikaw għalih. Jibda fis-7:30p.m.
  1. IT-TLIETA (25) Se ssir Adorazzjoni, fid-9.30am fil-kappella tal-Pax et Bonum.
  1. L-ERBGĦA (26) Se ssir it-tieni laqgħa ta’ katekeżi Biblika fuq ix-xeni tal-ħajja ta’ Ġesù mill-Evanġelji, fil-pitturi tal-pendenti ta’ Giuseppe Calì fis-Santwarju Bażilika tal-Mosta. Il-laqgħa se titmexxa minn Dun Pawl Sciberras u se ssir fil-Bażilika tal-Mosta fis-7.15pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Se ssir Adorazzjoni fl-10am, fiċ-Ċentru Sant’Andrija.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Se ssir laqgħa ta’ formazzjoni u prattika għal dawk kollha Impenjati fil-Liturġija fil-Parroċċa tagħna. Il-laqgħa se ssir fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m. Imexxi Dun Pawl Sciberras.
  1. IS-SIBT (29) Id-Drama Group tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jorganizza Pasta Night b’risq Puttinu Cares, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Imħeġġin nieħdu sehem.
  1. IL-ĦADD (30) Se ssir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika, fil-5:00p.m.
  1. Infakkru li minn din il-ġimgħa l-Adorazzjoni ta’ filgħaxija, li ssir fil-Bażilika, se terġa tibda ssir nhar ta’ Ħamis.
  1. Nitolbu għal Carmena Fenech li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…………..

Leave a Reply