1. IL-ĦADD (28) Fil-5:30p.m. se jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-quddiesa tal-ħin, tal-5:30p.m. se ssir fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IT-TLIETA (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, tkun biss sehem tat-Terzjarji Karmelitani, f’għeluq il-75 sena mill-mewt ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija.
  1. IT-TLIETA (30) jaħbat l-20 anniversarju mit-tberik tal-Knisja f’Ta’ Mlit. Fis-6:00p.m. fil-Knisja Marija Omm il-Knisja f’Ta Mlit se ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Joseph Galea Curmi.
  1. IL-ĦAMIS (1) hija s-Solennita tal-Qaddisin kollha. Fil-Bażilika, fis-6:30p.m. ssir quddiesa bil-kant u bil-priedka.
  1. IL-ĦAMIS (1) fil-Bażilika, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar minn Konfessur barra l-parroċċa.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) nagħmlu t-tifkira solenni tal-mejtin kollha. Wara l-quddiesa tas-6.30p.m. jsir t-tberik tal-oqbra fil-Bażilika u fil-kannierja.
  1. IS-SIBT (3) Fl-okkażżjoni tad-90 sena mit-twaqqif tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla f’Malta, fis-6:00p.m., fil-Bażilika, se tingħad it-talba tal-Għasar u jkun hemm ħin ta’ Adorazzjoni u fis-6:30p.m. Quddiesa b’radd ta’ ħajr lil Alla. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĦADD (4) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. F’Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fl-4:00p.m.
  1. Tul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu b’mod aktar mis-soltu fil-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem. Il-Qaddisin u l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja diġa jinsabu fiha. Il-familjari ta’ dawk li mietu matul din is-sena jistgħu jġibu santa tal-għeżież tagħhom u jwaħħluha mal-board, li se jsir appost biex lkoll nitolbu għalihom. Min jixtieq jista wkoll jikteb l-ismijiet tal-għeżież mejtin fuq l-karti li se jkun hemm ħdejn il-board.
  1. Infakkru lill-paruċċani li l-ġbir tal-iskart organiku f’Malta kollha ser jibda minn nhar il-Erbgha 31 ta’ Ottubru skont l-iskeda maħruġa mill-Kunsill Lokali. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jagħti sehemu sabiex ngħixu f’ambjent aktar nadif u san għalina lkoll.
  1. IS-SIBT 10 ta’ Novembru se ssir serata għat-tfal bl-isem ‘St. Martin’s night’. Din l-attivita hi mtellgħa mit-tfal stess u se ssir fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Se jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien bl-insert tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Novembru. L-envelopes li tqassmu fi djarkom għad-donazzjoni għall-Missjoni jistgħu jingħataw fl-uffiċċju parrokkjali jew il-Bażilika.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Novembru, mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja.
  1. Nitolbu għal Lino Scicluna li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply