1. IL-ĦADD (12) Se jsir ħin ta’ Evangelizazzjoni mill-Aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali, fl-10am, fuq iz-zuntier tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IL-ĦADD (12) Se ssir FIERA, fl-Oratorju Marija Immakulata, mid-9am il-quddiem.
  1. IT-TNEJN (13) Fiċ-ċimiterju se ssir quddiesa fis-7.00pm, fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm.
  1. IT-TLIETA (14) L-Azzjoni Kattolika Nisa se torganizza laqgħa, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30am u tinkludi Quddiesa, Taħdita u ħin soċjali.
  1. IT-TLIETA (14) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. jibda Rużarju u Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (15) Fid-9:00a.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. L-ERBGĦA (15) Fil-11.00am jibda r-Rużarju u wara quddiesa fuq l-artal ta’ Santa Marija. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. IL-ĠIMGĦA (17) fl-4:00p.m. Adorazzjoni fil-Kor tal-Bażilika, organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Tereza.
  1. Il-ĠIMGĦA (17) Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla se torganizza Pellegrinaġġ Marjan għas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, li jinkludi Quddiesa. It-trasport se jitlaq mill-pjazza tal-Mosta fil-5:30pm. Kull min jixtieq jattendi għandu javża l-helpers tas-soltu.
  1. IL-ĠIMGĦA (17) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri li uliedhom qiegħdin mit-2 sal-5 sena Kateketika. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (17) Il-Grupp EBDA se jorganizza taħdita għal kulħadd minn Fr Roy Galdes, fil-Mustina, fis-7pm, bit-tema: Il-Pentekoste.
  1. IL-ĠIMGĦA (17) Fid-9am se jibda jiltaqa grupp ta’ ġuvintur u xebbiet adulti fid-dar parrokkjali.
  1. IL-ĦADD (19) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. L-ERBGĦA 22 TA’ MEJJU, il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-Anzjani fil-Mellieħa. Aktar dettalji minn fuq in-notice board.
  1. Il-ġbir li jsir waqt il-quddies nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej ikun l-offerta tagħna ta’ kull sena b’risq id-djar tal-Karita’ li l-Knisja għandha f’Malta. Matul il-ġimgħa ikun hawn ukoll kaxxi li fihom nistgħu noffru affarijiet ta’ ikel u oġġetti oħra utli biex jingħataw lil Fondazzjoni Sebħ.
  1. Nawguraw lill-ommijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għal bżonnijiet ta’ l-ommijiet ħajjin. Sliem għalik Marija ……… Nitolbu għall-ommijiet mejtin u għal Charles Camilleri u Joe Vassallo li mietu din l-ġimgħa. Agħtihom O Mulej ……..

Leave a Reply