1. IL-ĦADD (21) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m.
  1. IL-ĦADD (21) Se ssir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika, fil-5:00p.m.
  1. IL-ĦAMIS (25) Se ssir Ħarġa għall-Anzjani għand is-sorijiet ta’ Sant Ursola l-Belt. Tluq ta’ trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-9:00am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (26) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fl-10:00a.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (26) Se ssir laqgħa ta’ talb biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, organizzata mix-Xirka, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, fis-6pm.
  1. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Quddiesa tal-5:00p.m., ta’ nhar is-Sibt li ġej, se ssir bħas-soltu, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu minħabba l-Griżma. Il-quddies ta’ nhar l-Ħadd tal-5.30pm ssir wkoll fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu flok fil-bażilika. Matul din l-ġimgħa nitolbu għall-adoloxxenti li se jirċievu dan is-sagrament.
  1. Fl-okkażżjoni tal-75 sena mill-mewt ta’ Patri Avertan, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija, se ssir Velja ta’ Talb, il-Ħamis 31 ta’ Ottubru, fil-Knisja tal-Karmnu l-Imdina, fil-5:30pm. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq mill-pjazza tal-Mosta fl-4:30p.m. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Biex il-Bażilika tkun aktar aċċessibbli għal kulħadd, qed issir rampa għas-Sagristija tal-Bomba. Din ir-rampa se tiġi tiswa madwar €4000 u ġiet sponsorjata mill-organizazzjoni Youth Included. Nirringrazzjawom ta’ dan il-ġest.
  1. Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru se ssir serata għat-tfal bl-isem ‘St. Martin’s night’. Din l-attivita hi mtellgħa mit-tfal stess u se ssir fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Dawk it-tfal li twieldu bejn Jannar u April 2016 jistgħu jinkitbu fil-Kindergarten Annexe ta’ Triq Wied is-Sir. Iż-żewġ ġenituri għandhom immorru bil-karta tal-identità u jkunu joqogħdu l-Mosta.
  1. Fil-weekend tal-15 u 16 ta’ Diċembru, il-Parroċċa tagħna se torganizza Christmas Village, fil-parking area ta’ ħdejn il-Bażilika. Kull min hu interessat biex jarma xi stand biex ibiegħ xi oġġetti u jew jieħu sehem fil-programm ta’ entertainment li se jkun hemm huwa mistieden jitkellem fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Salvu Sant, Carmelo Borg u Joe Borg li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply