1. IT-TNEJN (16), Fl-okkażżjoni tal-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Lourdes, fis-7pm se jsir Rużarju u Quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella tal-Madonna tal-Isperanza.
  1. IL-ĠIMGĦA (20) Issir il-Festa ta’ Santa Margerita. Fis-7:00p.m. se ssir Quddiesa, fil-kappella l-Antika ta’ Santa Margerita.
  1. IS-SIBT (21) Se ssir siegħa Adorazzjoni fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta, wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. Din l-Adorazzjoni se tkun għal kulħadd, b’mod speċjali għall-Ministri tal-Liturġija.
  1. Il-Ħadd (22) se jiġi ċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija fil-5p.m. u wara l-ġenituri u l-parrini jieħdu sehem fil-quddiesa.
  1. Il-ĦADD (22) fil-Bidnija tiġi ċċelebrata l-Festa tas-Sagra Familja. Fis-6:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni.
  1. IL-ĠIMGĦA 3 ta’ Awwissu se tiġi organizzata Lejla Maltija, b’risq il-festa ta’ Santa Marija, fl-Oratorju Marija Immakulata. Id-dettalji jinsabu fin-nota li qiegħda titqassam mal-envelope tal-festa. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.
  1. Bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa għall-installazzjoni ġdida tad-dawl. Saru erbgħa designs minn kumpaniji differenti. Min jixtieq jagħti l-opinjoni tiegħu jista’ jimla formola li hemm ħdejn il-bieb tan-nofs tal-knisja u jpoġġiha fil-kaxxa li hemm apposta. Grazzi tas-sehem tagħkom.
  1. Kif forsi innutajtu, fil-post fejn kien hemm il-Battisteru tqiegħed fonti li kien fis-sagristija waqt li fis-sagristija tpoġġa fonti li kien fil-knisja ta’ qabel ir-Rotunda. Dan il-bdil sar biex in-niċċa fejn kien il-Battisteru ma tibqax vojta. Grazzi lil dawk kollha li taw l-għinu.
  1. Il-ġabra li saret fil-weekend li għadda b’risq il-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €2820. Grazzi.

 


Leave a Reply