1. Bħalissa għaddej il-Christmas Village fil-Pjazza tal-Mosta. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti. B’dan il-mod jista jissaħħaħ is-sens komunitarju.
  1. IL-ĦADD (16) Se jsir kunċert għal żmien il-Milied, mill-Kor Mirabitur, fil-Bażilika tal-Mosta fis-6:30p.m. Dan il-programm se jkun ta’ siegħa. Kulħadd huwa mistieden.
  1. Matul din il-ġimgħa se nkomplu bin-novena tal-Milied, fil-Quddiesa tas-6:30p.m fil-Bażilika:
  • IT-TNEJN (17) se jieħdu sehem it-tfal kollha tal-parroċċa.
  • IT-TLIETA (18) mistiedna speċjali l-ġenituri li qed jistennew tarbija u dawk il-ġenituri li kellhom tarbija matul din is-sena.
  • L-ERBGĦA (19) mistiedna speċjali dawk kollha li jsegwu l-facebook, livestreaming u l-website tal-parroċċa, il-familja tas-social media.
  • IL-ĦAMIS (20) il-quddiesa se tkun animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali, bis-sehem tal-għaqdiet Reliġjużi u support groups tal-parroċċa.
  • IL-ĠIMGĦA (21) huma mistiedna l-ġenituri li għandhom lil uliedhom żgħażagħ.
  • Il-Ġimgħa ukoll se ssir attivita għaż-żgħażagħ li se tibda minn quddiem iz-zuntier tal-Bażilika, fejn se jiġi preżentat il-programm ta’ attivitajiet għas-sena d-dieħla bit-tema: Walk with me.                   
  1. IT-TLIETA (18) Se ssir quddiesa għat-tfal tal-iskola primarja fid-9:30am.
  1. L-ERBGĦA (19) Se ssir il-Purċissjoni tal-bambin fiz-zona ta’ Sant Andrija, fl-4:30p.m.
  1. L-ERBGĦA (19) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĠIMGĦA (21) U IS-SIBT (22) Fil-Bażilika jkun hawn il-Qrar, bit-tħejjija għall-Milied, mit-8:30 sal-11am u mill-4:30 sas-6:00pm. Imħeġġin li ma nħallux il-qrar għall-aħħar.
  1. IS-SIBT (22) Fis-6:30p.m. fil-Bażilika, se ssir Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għal ħidma li wettaq Charlie Schembri bħala sagristan tal-Knisja tagħna. Kulħadd huwa mistieden jieħu sehem.
  1. IL-ĦADD (23) Fil-Bażilika, fil-Quddiesa tal-11a.m., se jieħdu sehem t-tfal kollha tal-parroċċa u jsir it-tberik tal-bambini. Tieħu sehem l-Banda Santa Marija.
  1. Il-ĦADD (23) Saint Monica Choir se jtella kunċert għal dan iż-żmien tal-Milied fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6pm, waqt li l-Banda Nicolo Isouard se ttella’ Kunċert fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7.30p.m. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. Il-Grupp Armar Marija Assunta qed jorganizzaw wirja għal dan il-żmien tal-Milied, fil-maħżen ta’ ħdejn il-knisja. Kulħadd huwa mistieden.
  1. It-Tnejn 31 ta’ Diċembru se jiġi organizzat Festin tal-aħħar tas-Sena, fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, mit-8:30p.m. l-quddiem. Aktar dettalji fuq in-notice boards. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Ġorġ Vella li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej……

Leave a Reply