1. Dan il-weekend qed issir l-Ewwel Tqarbina għal numru ta’ tfal. Nitolbu għalihom u għall-familji tagħhom. Il-Quddiesa tal-Ħadd / llejla tal-5:30pm. se ssir fil-Katekumenju.
  1. IT-TNEJN (17) fis-7pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-okkażżjoni ta’ jum il-missier.
  1. IT-TLIETA (18) Se ssir laqgħa għall-Katekisti kollha tal-parroċċa fil-Museum tas-Subien, fis-7.30pm.
  1. L-ERBGĦA (19) Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4.00pm b’quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (21) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (21) se tiġi organizzata Mixja favur il-ħajja. Nagħrfu s-sabiħ tal-ħajja sa mill-bidu nett u sat-tmiem naturali tagħha. Se nibdew fit-8:00p.m. fil-Knisja ta’ Sant Anna ż-Żebbiegħ, fejn jkun hemm ħin ta’ talb u wara nimxu sa ħdejn il-kappella ta’ San Pawl tal-Qlejja fejn nagħlqu wkoll b’ħin qasir ta’ talb u wara nieħdu drink flimkien. Se jiġi organizzat trasport mill-Pjazza tal-Mosta saż-Żebbiegħ fis-7:30p Kull min għandu bżonn trasport mill-pjazza saż-Żebbiegħ għandu javża fl-uffiċċju parrokjali sa nhar l-Erbgħa.
  1. IS-SIBT (22) Id-Djoċesi se torganizza Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Se jitmexxa minn Mons. Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna u jibda fl-10am bil-quddiesa. Mistiedna nieħdu sehem.
  1. Fil-weekend li ġej niċċelebraw l-festa ta’ Corpus Christi: il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesu, kif ukoll tingħata bidu għall-Ġimgħa Ewkaristika: IL-ĦADD (23) Wara l-Quddiesa tat-8am isir it-tqarbin tal-morda. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina, fratelli u Kleru. Il-purċissjoni se tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, San Ġwann, Brittanja, Wata, Tumas Dingli Kbira għall-Pjazza Rotunda. Fi Pjazza Brittanja se nieqfu mill-purċissjoni u jsir mument ta’ Talb. Fi tmiem il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali fil-Bażilika.
  1. Is-Sibt 29 ta’ Ġunju, il-fundraising group tal-Parroċċa se jorganizza BBQ tal-Imnarja, fl-Lukanda l-Mellieħa. Dettalji ta’ din l-attivita jinsabu fuq in-notice. Lkoll imħeġġin nieħdu sehem.
  1. L-Arċipriet u l-Kleru jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li laqgħuhom fi djarhom fi żmien tat-tberik. Min għal xi raġuni jew oħra ma berikx u jixtieq ibierek jista jħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier nixtiequ lill-missirijiet kollha l-festa t-tajba. Ngħaqqdu x-xewqat tagħna ma’ talba għall-missirijiet ħajjin. Sliem għalik Marija… Nitolbu għall-missirijiet mejtin u għal Monica Vella, Martin Deguara u Ivan Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply