1. L-ERBGĦA (19) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. L-ERBGĦA (19) Se jibdew sensiela ta’ erba’ laqgħat ta’ katekeżi Biblika fuq ix-xeni tal-ħajja ta’ Ġesù mill-Evanġelji, fil-pitturi tal-pendenti ta’ Giuseppe Calì fis-Santwarju Bażilika tal-Mosta. Il-laqgħat se jitmexxew minn Dun Pawl Sciberras, b’introduzzjoni artistika ta’ Dun Edgar Vella. Il-laqgħat ta’ siegħa kull waħda se jsiru fil-Bażilika tal-Mosta nnifisha, nhar ta’ Erbgħa, fis-7.15pm.
  1. IL-ĦAMIS (20) Fis-6:30p.m. se jkollna l-aħħar Quddiesa animata għat-tfal fil-vaganzi tas-Sajf. Inħeġġu lit-tfla jattendu għal din il-Quddiesa. Mill-ġimgħa d-dieħla l-Adorazzjoni terġa tibda ssir nhar ta’ Ħamis u mhux il-Ġimgħa.
  1. IS-SIBT 29 ta’ Settembru, Id-Drama Group tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jorganizza Pasta Night b’risq Puttinu Cares, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards.
  1. Il-Playgroups tal-Mother & Baby Club se jerġgħu jibdew minn Ottubru li ġej. Id-dettalji kollha jinsabu fil-programm tal-parroċċa għax-xahar ta’ Settembru.
  1. Ħafna drabi nħossu x-xewqa li nikbru fil-ħajja tat-talb tagħna. Min iħoss din ix-xewqa u jixtieq japrofondixxi l-ħajja spiritwali tiegħu mistieden għall-laqgħat li se jsiru nhar ta’ Ġimgħa fid-9:00p.m., fid-Dar Parrokkjali. Min hu nteressat iħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Bil-għajnuna t’Alla fil-parroċċa tagħna żewġ żgħażagħ mill-Mixja Neo Katekumenali Nathaniel Calleja u Gabriel Falzon Reale se jibdew l-formazzjoni tagħhom għas-Saċerdozju fis-Seminarju tal-Irlanda u fl-Italja. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom fl-istudji tagħhom.
  1. Nitolbu għal Mary Balzan li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…………..

Leave a Reply