1. IL-ĦADD (19) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-Pjazza fejn jarma l-Monti. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. IT-TLIETA (21) Se ssir Adorazzjoni tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-quddiesa tad-9:00a.m.
  1. L-ERBGĦA (22) Se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita. Fil-kappella ta’ San Silvestru u fil-kappella ta’s-Sorijiet Agostinjani fis-6p.m. jingħad ir-Rużarju u wara jkun hemm Quddiesa bil-kant u bil-prietka.
  1. L-ERBGĦA (22) Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-Anzjani fil-Mellieħa. Aktar dettalji minn fuq in-notice board. Booking sa nhar it-Tnejn.
  1. IL-ĠIMGĦA (24) Se ssir Laqgħa għal dawk li se jkunu parrini waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħa se tkun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7p.m.
  1. IL-ĦADD (26) Se jsir Seminar għall-ġenituri li uliedhom se jersqu għall-Ewwel Tqarbina f’Ġunju li ġej. Is-Seminar se jsir fis-sala tal-iskola Sekondarja taz-Zokrija, bejn id-9am u nofsinhar.
  1. IL-ĠIMGĦA, il-31 ta’ Mejju se tiġi organizzata Katina ta’ Rużarju, fil-Kor tal-Bażilika bejn id-9am u s-6pm. Qed nistiednu familji u, jew individwi li jieħu ħsieb li jmexxi rużarju. Fuq il-mejda ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja hemm formola bil-ħinijiet li fihom se ssir din il-katina ta’ Rużarju u kull min jixtieq jieħu sehem għandu jniżżel ismu fuq din il-formola.
  1. Nitolbu għal Henru Galea, Nazzareno Fenech, Guza Calleja li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej…..

Leave a Reply