1. IT-TNEJN (3) Fis-7p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IL-ĦAMIS (6) Ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, fil-Bażilika, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IS-SIBT (8) Se issir L-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann. Tibda fl-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. IL-ĦADD (9) Festa ta’ Pentekoste, Fil-Quddiesa tad-9:30am, fil-Bażilika, l-Addoloxxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof, jagħmlu t-talba formali biex jirċievu dan is-sagrament. Fl-istess Quddiesa se nilqgħu fostna adult li ġie mgħammed minn Mons Arċisqof.
  1. Kif wieħed jista jinnota waslu tlett pitturi oħra ta’ Cali mir-restawr. Se jibda wkoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-lanterna tal-koppla tal-Bażilika. Nirrigrazzjaw lil dawk qed jagħtu sehemhom f’dan ix-xogħol.
  1. Nerġgħu nfakkru fil-Pellegrinaġġ għal Lourdes li se jsir mill-Parroċċa tal-Mosta, mill-Ġimgħa 12 sat-Tnejn 15 ta’ Lulju. Aktar dettalji mill-Uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Mark Chetcuti, Dennis Falzon, Joseph Fenech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply