1. IL-ĦADD (20) issir il-festa ta’ San Anton Abbati fil-kappella ddedikat lilu. Fl-10am isir it-tberik ta’ l-annimali u fil-5:30pm ikun hemm Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Tintemm il-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-ċentru ta’ Sant Andrija, fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir laqgħa għal min hu interessat li jagħmel esperjenza fl-Albanija fis-Sajf li ġej. Il-Laqgħa se ssir fid-Dar Parrokkjali fit-8:00p.m.
  1. IL-ĦADD (27) tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl Eremita fil-kappella ddedikata lilu f’Wied il-għasel. Ikun hemm quddiesa fit-3:30p.m.
  1. IL-ĦADD (27) Fil-5p.m. se ssir Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, fil-Bażilika.
  1. Il-Kummissjoni Addoloxenti u Żgħażagħ tal-Parroċċa qed tistieden liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-35 sena għall-pellegrinaġġ f’Santiago fi Spanja. Mixja ta’ madwar 100km, maqsuma fuq ħames t’ijiem. Aktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali jew mill-paġna ta’ facebook tal-kpaz.
  1. F’pajjiżna għaddejja kampanja għal reġistrazzjoni biex issir donazzjoni tal-organi wara l-mewt. Min jixtieq formola ta’ reġistrazzjoni jista jiġbor waħda mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Maria Caligari, Joseph Vassallo u Angela Muscat li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply