1. IL-ĦADD (22) Se ssir il-Festa tas-Sagra Familja, fil-Bidnija. Fis-6:30p.m. Quddiesa kantata u wara ssir purċissjoni bl-istatwa tas-Sagra Familja.
  1. IL-ĦAMIS (26) Wara l-quddiesa tas-6:30p.m. li qed tkun animata għat-tfal, se jsiru watergames għat-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja. Din l-attivita hi l-ewwel attivita organizzata mill-Kummissjoni tfal li għadha kif twaqqfet fil-parroċċa tagħna.
  1. IL-ĠIMGĦA (27) ser issir adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10:00 a.m.
  1. IL-ĦADD (29) Isir l-ħruġ tal-vara minn niċċa. Fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata segwita b’ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-vara titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa. Wara, fil-pjazza tal-Mosta se ssir attivita għal familja kollha. Inħeġġu lil kulħadd ikun preżenti biex nibdew l-festa flimkien.
  1. Matul din il-ġimgħa se jitqassam fid-djar il-programm tal-festa u se jkompli jsir il-ġbir ta’ l-envelopes bl-offerta tagħkom għall-festa minn nies inkarigati. Min jixtieq jista jġib l-envelope miegħu l-knisja.
  1. Il-Funzjonijiet kollha tal-festa ta’ Santa Marija, se jkunu Live streaming fuq is-sit uffiċċjali tal-parroċċa: www.mostachurch.com. Tajjeb li navżaw b’dan lill-emigranti Mostin.
  1. Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, il-Ġimgħa 3 ta’ Awwissu se ssir Lejla Maltija fl-Oratorju Marija Immakulata. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħand il-helpers tas-soltu.
  1. Mill-21 sal-25 ta’ Settembru se jiġi organizzat Tour fl-okkażżjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ San Piju. Se nżuru diversi postijiet ta’ interess u nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru f’dan l-anniversarju. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Consolata Scerri u Pawlina Vassallo li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply