1. IT-TLIETA (28) ser issir quddiesa b’talb għall-fejqan fil-Kappella ta’ Sant’Andrija, fis-7:30pm, minn Patri Elija Vella ofm. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Il-Kummissjoni Festa Santa Marija flimkien mal-Grupp Armar Marija Assunta se jorganizzaw Ikla ta’ wara l-Festa, fil-parking area ta’ ħdejn il-Bażilika. Tibda fis-7pm bit-tombla. Għal aktar dettalji hemm flyers ħdejn il-bieb ta’ barra. Booking sa nhar l-Erbgħa li ġej.
  1. IL-ĦADD li ġej 2 ta’ Settembru, se jiġi ċċelebrat s-sagrament tal-magħmudija fil-5:00p.m. 
  1. Fl-okkażżjoni tal-festi li ċċelebrajna fil-parroċċa tagħna se jsir magażine kommemorattiv bil-kulur, b’ritratti u informazzjoni ta’ dak li ġara, kif ukoll filmat fuq pendrive ta’ dawn l-avvenimenti. Dawn se jkunu lesti għall-aħħar ta’ Settembru. Wieħed jista ukoll jordna ritratti ta’ dawn l-avvenimenti speċjali. Kull min irid jakkwista dawn it-tifkiriet għandu jibbukja l-kopja tiegħu minn qabel, minn ħdejn ir-reception desk tal-bażilika li hemm ħdejn l-istatwa ta’ San Ġużepp.
  1. Infakkru fil-pellegrinaġġ li l-parroċċa se torganizza bejn il-21 u l-25 ta’ Settembru, f’San Giovanni Rotondo fl-okkażżjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ San Pio tal-Pjagi. Aktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-bażilika.
  1. Nitolbu għal Emanuel Bonnici li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply