1. IT-TNEJN (4) Fl-4:00p.m., Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (5) Il-Mobile Blood Donation Unit se tkun fil-Pjazza tal-Monti, bejn it-8:30a.m. u s-1pm. Id-donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita magħhom.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa, bil-Quddiesa tal-Grupp Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fl-4:00pm.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir il-Festa tal-Wiċċ ta’ Kristu, fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija. Fil-5.30pm Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat, u Quddiesa u talb flimkien mal-membri tal-MUSEUM.
  1. L-ERBGĦA (6) nagħtu bidu għar-Randan. Huwa jum ta’ sawm u astinenza. Matul il-quddies kollu jsir it-tberik u t-tqegħid tal-irmied fuq rasna. Fis-5:45p.m. jibda Pellegrinaġġ penitenzjali bil-kurċifiss li matulu ssir l-Via Sagra. Il-Pellegrinaġġ jitlaq mill-Oratorju Qalb ta’ Ġesu u jgħaddi mit-toroq Stivala, Kbira, għall-Bażilika, fejn fis-6.30pm tibda quddiesa li fiha issir iċ-ċerimonja tat-tberik u t-tqegħid tal-irmied.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Se jsiru Eċerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena l-fuq, fis-7:00p.m., fil-Knisja Marija Omm il-Knisja, f’Ta’ Mlit, minn Sr Emma Micallef.
  1. IS-SIBT (9) Għal darba oħra l-kors tal-Eżerċizzi għall-familji se jsir kull Sibt tar-Randan wara l-Quddiesa tal-5:00p.m. jiġifieri fis-5:45p.m., fil-Bażilika. Din is-sena se jsiru minn Mons Charles Attard, direttur tal-Moviment ta’ Kana.
  1. IS-SIBT (9) se ssir il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hawn trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (10) Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla se torganizza Jum ta’ Talb għal żmien ir-Randan, fl-lukanda San Giljan. Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukja mingħand il-helpers tax-Xirka.
  1. IL-ĦADD (10) se jiġi organizzat Seminar, bil-Quddiesa, għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Dan se jsir fiċ-ċentru Sant’ Andrija u jibda fid-9:00a.m. Fl-aħħar tas-Seminar jkun hemm ħin għad-dettalji u l-kitba ta’ dawk li jixtiequ jkaxkru l-ktajjen.
  1. Nitolbu għal Elizabeth Sultana, Michael Tanti, Andre Borg u Oliver Mizzi li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply