1. IL-ĦADD (3) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir Quddiesa organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa, fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30a.m., b’suffraġju tal-erwieħ tal-Benefatturi tal-Oratorju u tal-membri familjari.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa ta’ tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Se ssir Laqgħa ta’ Talb u formazzjoni, fil-kor tal-Bażilika għal dawk li huma mpenjati fil-liturġija, fis-7pm. It-tema tal-laqgħa se tkun “Is-Simboli fil-liturġija tal-Quddiesa”. Imexxi Dun Michael Bugeja.
  1. IS-SIBT (9) Se jsir Seminar fiż-zona ta’ Santa Margerita bit-tema “Hawn Quddiemek biex naqdik”. Is-Seminar se jibda fil-5:15pm, fil-Kappella Ġesù Feddej u jkompli b’Quddiesa fis-6:30p.m. Imexxi Fr Konrad Grech SJ.
  1. IS-SIBT (9) Se ssir serata għat-tfal ‘St. Martin’s night’, fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar l-Erbgħa li ġej.
  1. IS-SIBT (9) Ssir il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Jibda fit-8.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-10pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (10) Fid-9.30a.m., fil-Bażilika, se ssir Quddiesa b’suffraġju tal-qalbiena Mostin li għaddew għal ħajja ta’ dejjem.
  1. Matul din il-ġimgħa issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. Minn nhar l-Erbgħa (6) sal-Ħadd (10) issir Quddiesa kuljum fis-6:00p.m.
  1. Nitolbu għal Anthony Cassar, Spiridione Calleja, Joe Tonna, Joseph Demicoli u Marija Assunta Zammit li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply