1. IL-ĦADD (30) Festa tal-Familja Mqaddsa. Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fl-Oratorju Marija immakulata . Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena. Wara l-Quddiesa tal-11am tkompli l-Adorazzjoni sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. IT-TNEJN (31) Wara l-Quddiesa tat-8:30am tkompli l-Adorazzjoni sal-quddiesa tal-5pm. Waqt il-quddiesa tas-6:30p.m. jitkanta t-Te Deum u fl-offertorju jingħataw għotjiet ta’ flus biex jiġu megħjuna persuni u familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna u għad-Dar tal-Providenza. Fil-11:30pm fil-kappella tal-Pax Et Bonum jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu Sagramentat u f’nofs il-lejl tibda quddiesa. Mistiedna lkoll nieħdu sehem.
  1. IT-TLIETA (1) Festa ta’ Marija Omm Alla. Il-Ħin tal-Quddies, fil-parroċċa ikun bħala nhar ta’ Ħadd. Qed ssir Open Day fid-Dar tal-Providenza. Kulħadd huwa mistieden jattendi u jagħti d-donazzjoni tiegħu. Min jixtieq jista jgħaddi d-donazzjoni tiegħu lil xi saċerdot.
  1. L-ERBGĦA (2) Fis-6:30p.m. Quddiesa, fil-Bażilika, għal ruħ dawk li mietu fit-tlett xhur ta’ qabel.
  1. IL-ĦAMIS (3) Fil-Bażilika ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (4) Ix-Xirka se torganizza l-festa tal-Isem ta’ Ġesu, fil-Knisja ta’ San Duminku l-Belt. Se jsir trasport li jitlaq mil-pjazza tal-Mosta fil-5.15pm, aktar dettalji mingħand il-membri tax-Xirka.
  1. IS-SIBT (5) Wara l-Quddiesa tal-5:00p.m. fuq iz-zuntier tal-bażilika se nilqgħu fostna lil tlett slaten magi fi triq tagħhom lejn il-presepju ħaj ta’ Għajnsielem. It-tfal jistgħu jiġi lebsin ta’ rgħajja jew anġli.
  1. IL-ĦADD (6) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. issir Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija li tkompli bil-quddiesa tal-5:30p.m.
  1. L-Għarajjes li jixtiequ jagħmlu l-Kors ta’ Kana ta’ April li ġej, jistgħu jibbukjaw fl-uffiċċju parrokjali.
  1. Mill-bidu tas-sena, is-sagrament se jibda jkun fil-kor tal-Bażilika, għal min irid jagħmel mument ta’ ġabra.
  1. L-Uffiċċju parrokkjali jerġa jiftaħ il-Ġimgħa 4 ta’ Jannar 2019.
  1. Se jitqassam fi djarkom Kalendarju bil-programm parrokkjali għas-sena d-dieħla. F’dan il-kalendarju, wieħed isib l-attivitajiet prinċipali tal-parroċċa. Se jitqassam ukoll il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Jannar, li fih il-programm parrokkjali.
  1. Dawk impenjati fil-liturġia mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Jannar mis-sagristija.
  1. Fil-weekend li ġej issir il-ġabra speċjali b’risq il-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Saviour Grech, Andrew Fenech, Emanuel Cilia u Gamri Bezzina li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……
  1. L-Arċipriet, il-Kleru u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw lil kulħadd is-sena t-tajba.

Leave a Reply