1. IL-ĦADD (30) Issir il-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6.00pm ssir adorazzjoni u fis-7:00p.m. quddiesa.
  1. IT-TNEJN (1) Niċċelebraw il-festa ta’ San Paċifiku. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika tkun kantata.
  1. IT-TNEJN (1) fis-7.00pm issir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (2) Se ssir laqgħa ta’ tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
  1. IT-TLIETA (2) Se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar. Il-laqgħa tkun fil-kor tal-Bażilika fis-7pm. Id-Distributuri huma mħeġġa biex jattendu.
  1. L-ERBGĦA (3) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se ssir b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fl-aħħar tlett xhur.
  1. IL-ĦAMIS (4) Ikun hawn il-Qrar bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-qrar ikun bejn id-9:00 u l-11am u bejn l-4:30 u s-6p.m.
  1. IL-ĦAMIS (4) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-quddiesa se ssir Sports activity fuq iz-zuntier. Il-ġenituri tat-tfal li se jieħdu sehem għandhom jimlew formola ta’ kunsens u iġibuha magħhom nhar il-Ħamis stess. Dawn il-formoli jistgħu jinkisbu minn ħdejn il-bieb tal-Knisja. Se jingħataw rigali lir-rebbieħa fi żmien il-festa.
  1. IL-ĦADD (7) Se ssir Car wash ħdejn il-bandli ta’ wara l-knisja b’risq il-Missjoni fl-Albanija. Il-Ħamis 11 ta’ Lulju se ssir mawra għal Għawdex wara nofsinhar bl-istess għan.
  1. Il-Ġabra għal Papa li saret il-weekend li għadda kienet ta’ €2,150. Grazzi.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali b’risq il-festa ta’ Santa Marija.
  1. Nitolbu għal Alfred Bellia, Anthony Micallef, Carmelo Mizzi u Guzeppi Mezzina li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply